Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0254

    Kawża C-254/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania fis- 16 ta' Ġunju 2008 — Futura Immobiliare srl Hotel Futura et vs Comune di Casoria

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/31


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania fis-16 ta' Ġunju 2008 — Futura Immobiliare srl Hotel Futura et vs Comune di Casoria

    (Kawża C-254/08)

    (2008/C 209/46)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Futura Immobiliare srl Hotel Futura et

    Konvenut: Comune di Casoria

    Domanda preliminari

    Il-leġiżlazzjoni nazzjonali, stabbilita fl-Artikoli 58 et seq. tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 507 ta' l-1993 u fil-liġi tranżitorja li estendiet l-applikazzjoni tagħhom, permezz ta' l-Artikolu 11 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 488 ta' l-1999, b'emendi suċċessivi, u ta' l-Artikolu 1(184) tal-Liġi Nru 296 ta' l-2006, li tippermetti ż-żamma ta' sistema ta' natura fiskali sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tas-servizz tar-rimi ta' skart u li tipposponi l-introduzzjoni ta' sistema tariffarja fejn l-ispiża tas-servizz tiġi sostnuta mill-persuni li jipproduċu u jiġbru l-iskart, hija kompatibbli ma' l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 75/442/KEE (1), kif emendat bl-Artikolu 1 tad-Direttiva Nru 91/156/KEE (2) u mal-prinċipju li “min iniġġeż iħallas”?


    (1)  ĠU L 194, p. 39.

    (2)  ĠU L 78, p. 32.


    Top