EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0252

Kawża C-252/08: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

ĠU C 197, 2.8.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 197/15


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-252/08)

(2008/C 197/26)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta

Talbiet

tiddikjara li, billi ma applikatx b'mod korrett id-Direttiva 2001/80/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU 2001 L 309, p. 1), (iktar 'il quddiem id-“Direttiva”) fir-rigward tat-tħaddim ta' l-impjant ta' l-istim Phase One taċ-ċentrali elettrika ta' Delimara u taċ-ċentrali elettrika fil-Marsa, ir-Repubblika ta' Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) flimkien ma' l-Anness IV A, l-Anness VI A u l-Anness VII A, u taħt l-Artikolu 12 flimkien ma' l-Anness VIII A.2 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika ta' Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-impjant ta' l-istim Phase One taċ-ċentrali elettrika ta' Delimara ma josservax il-valuri limitu ta' emissjoni stabbiliti bid-direttiva għall-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u trab.

Hija ssostni wkoll li, fir-rigward kemm ta' l-impjant ta' l-istim Phase One taċ-ċentrali elettrika ta' Delimara kif ukoll taċ-ċentrali elettrika fil-Marsa, Malta naqset milli tikkonforma ruħha mal-ħtieġa ta' kejl kontinwu ta' konċentrazzjonijiet ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u trab skond l-Artikolu 12 u l-paragrafu 2 tal-Parti A ta' l-Anness VIII tad-direttiva.


(1)   ĠU 2001 L 309, p. 1.


Top