Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0232

    Kawża C-232/08: Rikors ippreżentat fi 29 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta l-Olanda

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/25


    Rikors ippreżentat fi 29 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta l-Olanda

    (Kawża C-232/08)

    (2008/C 209/37)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u K. Banks, mandatarji)

    Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda

    Talbiet

    tikkonstata li r-Renju ta' l-Olanda, billi awtorizza bastimenti tas-sajd li s-saħħa tal-magna tagħhom taqbeż il-limiti stabbiliti bl-Artikolu 29(2) tar-regolament (KE) Nru 850/1998 (1), naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (2) u ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (3);

    tikkundanna lir-Renju ta' l-Olanda għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Kummissjoni tqis li l-gvern Olandiż naqas mill-obbligu tiegħu ta' implementazzjoni billi awtorizza xjentement ksur tar-regola dwar is-saħħa massima tal-magna għas-sajd fiż-żona tal-Barbun tat-tbajja.

    Minn naħa, jirriżulta mill-informazzjoni mogħtija mill-gvern Olandiż li l-bastimenti li jiffurmaw parti mill-arranġament privat mhumiex obbligati jikkonformaw ruħhom mal-limitazzjoni tas-saħħa tal-magna massimali ta' 300 KW qabel l-1 ta' Mejju 2009. Min-naħa l-oħra, jirriżulta minn din l-informazzjoni li matul il-verifika ta' l-osservanza ta' din ir-regola, tiġi applikata marġni ta' tolleranza ta' 12,5 % b'mod sistematiku u li konsegwentement il-qbiż tas-saħħa tal-magna massimali awtorizzata f'dan il-marġni ma jiġix sanzjonat.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).

    (3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1).


    Top