Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0196

    Kawża C-196/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (L-Italja) fl- 14 ta' Mejju 2008 — Acoset SpA vs Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa et

    ĠU C 197, 2.8.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 197/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (L-Italja) fl-14 ta' Mejju 2008 — Acoset SpA vs Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa et

    (Kawża C-196/08)

    (2008/C 197/14)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Acoset SpA.

    Konvenuti: Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa et

    Domanda preliminari

    Mudell ta' kumpannija mħallta pubblika-privata stabbilita speċifikament għall-provvista ta' servizz pubbliku partikolari ta' tip industrijali u b'għan wieħed, li hija direttament attribwita s-servizz in kwistjoni, li fiha is-soċju privat ta' tip “industrijali” u “operattiv” huwa magħżul permezz ta' proċedura kompetittiva, wara verifika kemm tal-kundizzjonijiet finanzjarji u tekniċi kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta' l-operat u tal-ġestjoni li jirrigwardaw is-servizz li għandu jitwettaq u s-servizzi speċifiċi li għandhom jiġu pprovduti, huwa konformi mad-dritt Komunitarju, u b'mod partikolari, ma' l-obbligi ta' trasparenza u ta' kompetizzjoni libera previsti fl-Artikoli 43, 49 u 86 tat-Trattat?


    Top