EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0178

Kawża C-178/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgerichts (il-Ġermanja) fid- 29 ta' April 2008 — Ahmed Adem u Hamrin Mosa Rashi vs Ir-Repubblika Ġermaniża

ĠU C 197, 2.8.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 197/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgerichts (il-Ġermanja) fid-29 ta' April 2008 — Ahmed Adem u Hamrin Mosa Rashi vs Ir-Repubblika Ġermaniża

(Kawża C-178/08)

(2008/C 197/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ahmed Adem u Hamrin Mosa Rashi

Konvenuta: Ir-Repubblika Ġermaniża

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, indipendentement mit-tieni frażi tal-paragrafu 5 tat-Taqsima Ċ ta' l-Ewwel Artikolu tal-Konvenzjoni dwar l-Istat bħala Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951 (Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar ir-refuġjati), persuna titlef l-istat ta' refuġjat tagħha peress illi ma jibqgħux jeżistu ċ-ċirkustanzi li jkunu ġġustifikaw il-biża tagħha li tiġi ppersegwitata skond l-Artikolu 2(ċ) ta' din id-Direttiva, u li sussegwentement tagħhom hija tkun ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat, u li hija ma jkollhiex iktar raġunijiet għalfejn tibża li tiġi ppersegwita skond l-Artikolu 2(ċ) msemmi?

2.

F'każ ta' risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, it-telfien ta' l-istat ta' refuġjat skond l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(1)(e) tad-direttiva msemmija iktar 'il fuq jimplika wkoll li, fil-pajjiż li tiegħu ir-rifuġjat għandu ċ-ċittadinanza:

a)

jeżisti attur ta' protezzjoni skond l-Artikolu 7(1) tad-direttiva msemmija, u huwa biżżejjed f'dan ir-rigward li l-protezzjoni tista' tingħata biss bl-għajnuna ta' truppi multinazzjonali;

b)

ir-rifuġjat ma jirriskja l-ebda periklu serju skond l-Artikolu 15 ta' din id-direttiva u li jwassal għall-għoti tal-protezzjoni sussidjarja skond l-Artikolu 18 ta' din l-istess direttiva u/jew

ċ)

is-sitwazzjoni tkun stabbli fuq il-livell tas-sigurtà u l-kundizzjonijiet tal-ħajja ġenerali jiggarantixxu l-minimu vitali?

3.

Fil-każ fejn jispiċċaw iċ-ċirkustanzi li minħabba fihom il-persuna in kwistjoni ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat, iċ-ċirkustanzi l-ġodda u differenti li jiġġustifikaw il-biża ta' persekuzzjoni:

a)

għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-kriterju ta' possibiltà verosimili li japplika wkoll għar-rikonoxximent ta' l-istat ta' refuġjat jew fid-dawl ta' kriterju ieħor

b)

għandhom jiġu evalwati b'teħid b'kunsiderazzjoni tat-tnaqqis ta' l-oneru tal-prova li jirriżulta mill-Artikolu 4(4) tad-direttiva msemmija iktar 'il fuq?


(1)  ĠU L 304, p. 12.


Top