Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0149

    Kawża C-149/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil- 11 ta' April 2008 — Aktor Anonymi Techniki Etairia (AKTOR A.T.E.) vs Ethniko Symvoulio Radiotileorasis

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-11 ta' April 2008 — Aktor Anonymi Techniki Etairia (AKTOR A.T.E.) vs Ethniko Symvoulio Radiotileorasis

    (Kawża C-149/08)

    (2008/C 142/32)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Aktor Anonymi Techniki Etiria (AKTOR A.T.E.)

    Konvenut: Ethniko Symvoulio Radiotileorasis

    Intervenjenti: Michaniki A.E.

    Domandi preliminari

    1)

    Jekk jitqies li, bħala prinċipju, liġi nazzjonali li tipprovdi li huma biss il-membri kollha flimkien ta' konsorzju mingħajr personalità ġuridika, u mhux il-membri individwali tiegħu, li jistgħu jressqu rikors kontra l-att ta' għoti ta' kuntratt, liema konsorzju jkun ipparteċipa, mingħajr suċċess, fi proċedura ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi, ma tmurx kontra d-dritt Komunitarju u b'mod partikolari kontra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/665/KEE, ħaġa li tgħodd ukoll meta r-rikors ikun għall-ewwel ġie ppreżentat mill-membri kollha tal-konsorzju kollettivament, iżda iktar tard ikun irriżulta li kien inammissibbli fil-konfront ta' wħud minnhom, huwa meħtieġ, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-imsemmija direttiva u qabel ma tiġi ddikjarata l-imsemmija inammissibbiltà, li jiġi vverifikat jekk dawn il-membri individwali jitilfux jew le, wara dan kollu, id-dritt li jadixxu qorti nazzjonali oħra sabiex jiksbu l-kumpens għad-danni eventwalment previst minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali?

    2)

    Fil-każ fejn kienet teżisti ġurisprudenza stabbilita ta' qorti nazzjonali li kienet tipprovdi li anki membru individwali ta' konsorzju jista' validament iressaq rikors kontra att adottat fil-kuntest ta' proċedura ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi, il-fatt li dan il-metodu ta' rikors jiġi miċħud bħala inammissibbli, minħabba bdil f'tali ġurisprudenza stabbilita, mingħajr ma r-rikorrent jingħata, preliminarjament, il-possibbiltà li jsewwi tali inammissibbiltà jew, f'kull każ, li jressaq, skond il-prinċipju tal-kontradittorju, l-osservazzjonijiet tiegħu fuq il-kwistjoni, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/665/KEE, interpretata fid-dawl ta' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ?


    Top