EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0142

Kawża C-142/08: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

ĠU C 142, 7.6.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/18


Rikors ippreżentat fis-7 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-142/08)

(2008/C 142/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kaduczak u P. Dejmek)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex tadotta d-Direttiva 2004/39/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u fi kwalunkwe każ, peress li ma informatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta' dawn il-miżuri, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE skada fil-31 ta' Jannar 2007


(1)  ĠU L 145, p. 1-44.


Top