This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0128
Case C-128/08: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal de première instance de Liège (Court of First Instance, Liège) (Belgium) lodged on 28 March 2008 — Jacques Damseaux v État belge
Kawża C-128/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit- 28 ta' Marzu 2008 — Jacques Damseaux vs L-Istat tal-Belġju
Kawża C-128/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit- 28 ta' Marzu 2008 — Jacques Damseaux vs L-Istat tal-Belġju
ĠU C 142, 7.6.2008, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 142/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-28 ta' Marzu 2008 — Jacques Damseaux vs L-Istat tal-Belġju
(Kawża C-128/08)
(2008/C 142/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jacques Damseaux
Konvenut: L-Istat tal-Belġju
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 56 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi restrizzjoni li tirriżulta mill-Konvenzjoni bejn Franza u l-Belġju dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja, li tistabbilixxi regoli ta' assistenza amministrattiva u ġuridika reċiproka fir-rigward tat-taxxi fuq id-dħul, li tippermetti tassazzjoni doppja parzjali tad-dividendi ta' ishma ta' kumpanniji stabbiliti fi Franza u li tirrendi t-tassazzjoni ta' dawn id-dividendi ogħla mill-unika taxxa miżmuma f'ras il-għajn fil-Belġju applikata għad-dividendi mqassmin minn kumpannija Belġjana lil azzjonist residenti Belġjan? |
2) |
L-Artikolu 293 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat bħala li jrendi żbaljat in-nuqqas ta' azzjoni tal-Belġju, li ma reġax innegozja ma' Franza mod ġdid għat-tneħħija tat-tassazzjoni doppja tad-dividendi ta' ishma ta' kumpanniji stabbiliti fi Franza? |