This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0116
Case C-116/08: Reference for a preliminary ruling from the Hof van Cassatie (Belgium) lodged on 17 March 2008 — C. Meerts v Proost NV
Kawża C-116/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis- 17 ta' Marzu 2008 — C. Meerts vs Proost NV
Kawża C-116/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis- 17 ta' Marzu 2008 — C. Meerts vs Proost NV
ĠU C 128, 24.5.2008, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 128/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis-17 ta' Marzu 2008 — C. Meerts vs Proost NV
(Kawża C-116/08)
(2008/C 128/43)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C. Meerts
Konvenuta: Proost NV
Domandi preliminari
Il-klawżoli 2.4, 2.5. 2.6 u 2.7 tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż fl-14 ta' Diċembru 1995 mill-organizzazzjonijiet ta' natura ġenerali ta' l-industrija UNICE, CEEP u ETUC, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 fuq il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ETUC (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta' terminazzjoni unilaterali ta' kuntratt ta' impjieg mill-persuna li timpjega, mingħajr raġuni serja jew mingħajr ma jkun ġie osservat il-perijodu statutorju ta' notifika, il-kumpens dovut lill-impjegat għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-paga bażika kkalkolata bħallikieku l-impjegat ma kienx naqqas is-sigħat tax-xogħol tiegħu sabiex jibbenefika mil-leave tal-ġenituri skond il-klawżola 1.3(a) tal-ftehim qafas?
(1) ĠU L 145, p. 4.