Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0097

    Kawża C-97/08 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta' Marzu 2008 minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit- 12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 128, 24.5.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 128/22


    Appell ippreżentat fit-3 ta' Marzu 2008 minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit-12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-97/08 P)

    (2008/C 128/38)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, avukat, M. van der Woude, avukat, M. Mollica, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet ta' l-appellanti

    L-appellanti jitolbu sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05 safejn din ċaħdet il-motiv li r-responsabbilta kienet attribwita b'mod żbaljat — flimkien u in solidum — lil Akzo Nobel NV;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tiddikjara lil Akzo Nobel NV bħala responsabbli;

    tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta' dan l-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza safejn dawn jirrigwardaw l-aggravju imqajjem f'dan l-appell.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti jqisu li l-Qorti tal-Prim'Istanza applikat b'mod żbaljat il-kunċett ta' “impriża” fis-sens ta' l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-imputabbiltà ta' l-aġir illegali ta' kumpannija sussidjarja lill-kumpannija prinċipali.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).


    Top