EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0091

Kawża C-91/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit- 28 ta' Frar 2008 — Wall AG vs Stadt Frankfurt am Main, Frankfurter Entsorgungs- und Service GmbH (FES)

ĠU C 142, 7.6.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/11


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-28 ta' Frar 2008 — Wall AG vs Stadt Frankfurt am Main, Frankfurter Entsorgungs- und Service GmbH (FES)

(Kawża C-91/08)

(2008/C 142/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wall AG

Konvenuta: Stadt Frankfurt am Main, Frankfurter Entsorgungs- und Service GmbH (FES)

Intervenjenti: DSM Deutsche Städte Medien GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta' trattament ugwali u l-prinċipju Komunitarju ta' non-diskriminazzjoni fuq il-bażi taċ-ċittadinanza, stabbiliti mill-Artikoli 12, 43 u 49 KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dmirijiet ta' trasparenza li jirriżultaw minnhom għall-awtoritajiet pubbliċi u li jikkonsistu fil-ftuħ, għall-għoti tal-konċessjonijiet ta' servizzi, tal-kompetizzjoni b'livell ta' reklamar xieraq u li jippermetti l-kontroll ta' l-imparzjalità tal-proċedura ta' għoti (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Diċembru 2000, Telaustria u Telefonadress, C-324/98, Ġabra p. I-10745, punti 60 sa 62, tal-21 ta' Lulju 2005, Coname, C-231/03, Ġabra p. I-7287, punti 17 sa 22, tat-13 ta' Ottubru 2005, Parking Brixen, C-458/03, Ġabra p. I-8585, punti 46 sa 50, tas-6 ta' April 2006, ANAV, C-410/04, Ġabra p. I-3303, punt 21, u tat-13 ta' Settembru 2007, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-260/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 24) jeżiġu li d-dritt nazzjonali għandu jagħti lill-offerent li l-offerta tiegħu ma tintlaqax id-dritt li jikseb inġunzjoni sabiex jipprevjeni ksur imminenti ta' dawn id-dmirijiet u/jew sabiex tali ksur jiġi mitmum?

2)

Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari: id-dmirijiet ta' trasparenza fuq imsemmija jirriżultaw mid-dritt konswetudinarju tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens li huma diġà applikati b'mod kostanti u kontinwu, uniformi u ġeneriku, u rikonoxxuti bħala regoli vinkolanti mis-suġġetti għad-dritt ikkonċernati?

3)

Id-dmirijiet ta' trasparenza msemmija fl-ewwel domanda preliminari jimponu wkoll, meta hija prevista emenda għal kuntratt ta' konċessjoni ta' servizzi — inkluż meta din l-emenda hija intiża għall-bdil ta' sub-kuntrattur speċifiku, li kien hemm enfażi fuqu matul il-proċedura ta' l-għoti tal-kuntratt — li n-negozjati jinfetħu mill-ġdid għall-kompetizzjoni bil-garanzija ta' livell ta' reklamar xieraq u, jekk ikun il-każ, skond liema metodi għandu jiġi mwettaq tali ftuħ għall-kompetizzjoni?

4)

Il-prinċipji u d-dmirijiet ta' trasparenza msemmija fl-ewwel domanda preliminari għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta' nuqqas fir-rigward tal-konċessjoni ta' servizzi, il-kuntratt konkluż wara dan in-nuqqas u li huwa intiż sabiex joħloq jew jemenda obbligu ta' teriminu mhux definit għandu jiġi xolt?

5)

Il-prinċipji u d-dmirijiet ta' trasparenza msemmija fl-ewwel domanda preliminari u l-Artikolu 86(1) KE, meħuda flimkien, jekk ikun il-każ ma' l-Artikolu 2(1)(b) u (2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE, tal-25 ta' Ġunju 1980, fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (1) u l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li impriża, inkwantu impriża pubblika jew awtorità aġġudikatriċi, hija suġġetta għal dawn id-dmirijiet ta' trasparenza meta:

hija ġiet stabbilita minn awtorità reġjonali għar-rimi ta' l-iskart u għat-tindif tat-toroq, iżda li hija wkoll attiva fis-suq liberu;

hija l-propjetà ta' din l-awtorità reġjonali għal 51 %, iżda d-deċiżjonijiet ta' tmexxija jistgħu jiġu adottati biss b'maġġoranza ta' tliet kwarti;

din l-awtorità reġjonali taħtar biss kwart tal-membri tal-kunsill ta' superviżjoni ta' l-impriża in kwistjoni, inkluż il-president tal-kunsill ta' superviżjoni; u meta

iktar min-nofs id-dħul mill-bejgħ tagħha ġej minn kuntratti bilaterali dwar r-rimi ta' l-iskart u t-tindif tat-toroq fuq it-territorju ta' din l-awtorità reġjonali, li tiffinanzjahom permezz tat-taxxi lokali mħallsa mir-residenti tagħha?


(1)  ĠU L 195, p. 35; id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KEE, tas-26 ta' Lulju 2000, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u impriżi pubbliċi (ĠU L 193, p. 75).

(2)  ĠU L 134, p. 114.


Top