This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0069
Case C-69/08: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale di Napoli, Sezione Lavoro (Italy) lodged on 20 February 2008 — Raffaello Visciano v I.N.P.S.
Kawża C-69/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro (l-Italja) fl- 20 ta' Frar 2008 — Raffaello Visciano vs I.N.P.S.
Kawża C-69/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro (l-Italja) fl- 20 ta' Frar 2008 — Raffaello Visciano vs I.N.P.S.
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale di Napoli — Sezione Lavoro (l-Italja) fl-20 ta' Frar 2008 — Raffaello Visciano vs I.N.P.S.
(Kawża C-69/08)
(2008/C 107/30)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunal di Napoli — Sezione Lavoro
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Raffaello Visciano
Konvenut: I.N.P.S.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 80/987 (1), ta' l-20 ta' Ottubru 1980, fil-parti fejn jipprevedu l-ħlas tal-pretensjonijiet ta' l-impjegati li jkunu għadhom ma tħallsux il-paga, jippermettu li tali krediti, fil-mument meta jiġu mitluba lill-istituzzjonijiet ta' garanzija, titneħħilhom in-natura inizjali tagħhom ta' paga u jingħataw il-kwalifika differenti ta' benefiċċju għas-sempliċi fatt li l-ħlas tagħhom ġie assenjat mill-Istat Membru lil istituzzjoni ta' previdenza, u li b'hekk fil-liġi nazzjonali it-terminu “paga” jiġi sostitwit bit-terminu “benefiċċju ta' previdenza”? |
2) |
Għall-iskop soċjali tad-direttiva, huwa bizzejjed li l-liġi nazzjonali tuża l-kreditu inizjali ta' l-impjegat għal dak li jirrigwarda il-paga bħala sempliċi bażi ta' paragun, fir-rigward ta' liema għandu jiġi stabbilit per relationem il-benefiċċju li għandu jiġi ggarantit bl-għajnuna ta' l-istituzzjoni ta' garanzija, jew hemm bżonn li l-kreditu ta' l-impjegat għal dak li jirrigwarda il-paga fil-konfront tal-persuna li tħaddem li tkun insolventi jkun iggarantit, bl-intervent ta' l-istituzzjoni ta' garanzija, billi jiġi assigurat lilu l-istess kontenut, garanziji, termini u modi ta' eżerċizzju bħal dawk rikonoxxuti lil kull kreditu ta' xogħol ieħor fl-istess sistema legali? |
3) |
Il-prinċipji stabbiliti mil-liġi Komunitarja, u b'mod partikolari l-prinċipji ta' ekwivalenza u effettività, jippermettu li fil-konfront tal-pretensjonijiet ta' l-impjegati li jkunu għadhom ma tħallsux il-paga, għall-perijodu rilevanti skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 80/987, tiġi applikata sistema ta' preskrizzjoni inqas favorevoli meta pparagunata ma' dik applikata għall-krediti ta' natura simili? |
(1) ĠU L 283, p. 23.