Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0023

    Kawża C-23/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit- 22 ta' Jannar 2008 — Josif Koupatantze vs Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Jannar 2008 — Josif Koupatantze vs Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900

    (Kawża C-23/08)

    (2008/C 107/16)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Josif Koupatantze.

    Konvenuta: Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta' April 2004 (1), hija konformi ma' l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE?

    2)

    Fl-ipoteżi li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' l-Unjoni mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali fil-każ tal-qbiż tat-tul massimu ta' residenza previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/CE, tad-29 ta' April 2004, u fin-nuqqas ta' kull dritt ta' residenza bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet oħra?

    3)

    Fl-ipoteżi li l-ewwel domanda tingħata risposta fil-pożittiv, l-Artikolu 12 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea saħansitra mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali mogħtija lill-immigranti illegali?


    (1)  ĠU L 158, p. 77.


    Top