Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0564

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Novembru 2009.
    SGL Carbon AG vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Dħul mill-bejgħ u sehem tas-suq rilevanti - Valur tal-konsum ‘kaptiv’ - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Prinċipju ta’ proporzjonalità.
    Kawża C-564/08 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:703





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 – SGL Carbon vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-564/08 P)

    “Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE – Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi – Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Dħul mill-bejgħ u sehem tas-suq rilevanti – Valur tal-konsum ‘kaptiv’ – Prinċipju ta’ trattament ugwali – Prinċipju ta’ proporzjonalità”

    1.                     Appell - Aggravji - Aggravju ppreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà - Appell minn sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-qasam tal-kompetizzjoni (ara l-punti 22, 23, 25, 31)

    2.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni - Valur tal-provvisti interni tal-impriża - Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punt 30)

    3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Tqassim tal-impriżi kkonċernati f’kategoriji li għandhom punt ta’ tluq speċifiku - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 43, 45, 49, 56)

    4.                     Appell - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza fuq l-ammont ta’ multa imposta fuq impriża - Esklużjoni - Stħarriġ limitat għall-verifika tat-teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-fatturi essenzjali ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u tal-argumenti kollha mressqa fil-konfront tal-multa imposta (ara l-punti 58, 59)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2008, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (T-68/04), li permezz tagħha l-Qorti tal- Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal- Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l‑Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti - Nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni, billi tqies bħala motiv ġdid inammissibbli, l‑argument tal-appellanti dwar il-kunsiderazzjoni, fil-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-impriżi kkonċernati, tal-valur tal-konsum kaptiv - Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.


    Dispożittiv

    1)     L-appell huwa miċħud.

    2)     SGL Carbon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top