EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0356

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ġunju 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika ta' l-Awstrija.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku.
Kawża C-356/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:401





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 – Il‑Kummissjoni vs L-Awstrija

(Kawża C‑356/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku”

1.                     Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Dispożizzjonijiet tat-Trattat - Kamp ta’ applikazzjoni (Artikoli 43 KE u 49 KE) (ara l-punt 37)

2.                     Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Regoli tal-assoċjazzjoni medika li jimponu fuq il-membri tagħha stabbiliti fit-territorju nazzjonali l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku (Artikolu 49 KE) (ara l-punti 40-49, 51 u d-dispożittiv 1)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 43 KE, 49 KE u 56 KE - Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank

Dispożittiv

1)

Billi tobbliga lil kull tabib li jistabbilixxi ruħu fl-Oberösterreich li jiftaħ kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank f’Linz, li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet ta’ benefiċċji in natura, irċevuti mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tiegħu, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 KE.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top