This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CJ0169
Judgment of the Court (Grand Chamber) of 17 November 2009.#Presidente del Consiglio dei Ministri v Regione Sardegna.#Reference for a preliminary ruling: Corte costituzionale - Italy.#Freedom to provide services - Article 49 EC - State aid - Article 87 EC - Regional legislation establishing a tax on stopovers for tourist purposes by aircraft used for the private transport of persons, or by recreational craft, to be imposed only on operators whose tax domicile is outside the territory of that region.#Case C-169/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Novembru 2009.
Presidente del Consiglio dei Ministri vs Regione Sardegna.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Corte costituzionale - l-Italja.
Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Għajnuna mill-Istat -Artikolu 87 KE -Leġiżlazzjoni reġjonali li tistabbilixxi taxxa f’każ ta’ waqfa qasira għal skop turistiku ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni imposta biss fuq l-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali.
Kawża C-169/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Novembru 2009.
Presidente del Consiglio dei Ministri vs Regione Sardegna.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Corte costituzionale - l-Italja.
Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Għajnuna mill-Istat -Artikolu 87 KE -Leġiżlazzjoni reġjonali li tistabbilixxi taxxa f’każ ta’ waqfa qasira għal skop turistiku ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni imposta biss fuq l-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali.
Kawża C-169/08.
Ġabra tal-Ġurisprudenza 2009 I-10821
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:709
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
17 ta’ Novembru 2009 ( *1 )
“Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 49 KE — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 87 KE — Leġiżlazzjoni reġjonali li tistabbilixxi taxxa fil-każ ta’ waqfa qasira għal skop turistiku ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni imposta biss fuq l-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali”
Fil-Kawża C-169/08,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2008, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta’ April 2008, fil-proċedura
Presidente del Consiglio dei Ministri
vs
Regione Sardegna,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, P. Lindh u C. Toader (Relatur), Presidenti ta’ Awla, C. W. A. Timmermans, A. Rosas, P. Kūris, E. Juhász, G. Arestis, A. Borg Barthet, A. Ó Caoimh u L. Bay Larsen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: R. Grass,
wara li rat il-proċedura bil-miktub
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għar-Regione Sardegna, minn A. Fantozzi u G. Campus, avukati, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. Noort, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn W. Mölls u E. Righini, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-2 ta’ Lulju 2009,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 48 KE u 87 KE. |
2 |
Din il-kawża ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Presidente del Consiglio dei Ministri u r-Regione Sardegna dwar l-istabbiliment minn din tal-aħħar ta’ taxxa fil-każ ta’ waqfiet qosra għal skopijiet turistiċi ta’ inġenji tal-ajru użati għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li hija imposta biss fuq l-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali. |
Il-kuntest ġuridiku nazzjonali
Il-Kostituzzjoni Taljana
3 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni Taljana jipprovdi li: “Il-poter leġiżlattiv huwa eżerċitat mill-Istat u mir-Reġjuni b’rispett lejn il-Kostituzzjoni, kif ukoll lejn il-limiti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Komunitarja u lejn l-obbligi internazzjonali.” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
4 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 743 tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni (Codice della navigazione) ifisser il-kunċett ta’ inġenju tal-ajru kif ġej: “Inġenju tal-ajru jfisser kull vettura intiża għat-trasport bl-ajru ta’ persuni jew ta’ oġġetti” |
5 |
Fl-Artikolu 1(2) tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni għar-Rikreazzjoni (Codice della nautica da diporto), stabbilit bid-Digriet Legiżlattiv Nru 171 (Decreto legislativo n. 171), tat-18 ta’ Lulju 2005, il-kunċett ta’ navigazzjoni għar-rikreazzjoni huwa ddefinit b’dan il-mod: “Għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi, navigazzjoni għar-rikreazzjoni tfisser dik magħmula f’ibħra marittimi u interni għal skopijiet sportivi jew rikreattivi u mingħajr skop ta’ lukru.” |
6 |
L-Artikolu 2(1) tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni għar-Rikreazzjoni jikkonċerna l-użu kummerċjali tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, u jiddefinih kif ġej: “1. L-inġenju tal-baħar għar-rikreazzjoni jintuża għal finijiet kummerċjali meta:
[…]” |
Il-leġiżlazzjoni reġjonali
7 |
Il-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta’ Sardegna, tal-11 ta’ Mejju 2006, tirrigwarda dispożizzjonijiet differenti fil-qasam ta’ dħul, ta’ riklassifikazzjoni tal-ispejjeż, ta’ politika soċjali u żvilupp, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta’ Sardegna, tad-29 ta’ Mejju 2007, li tirrigwarda dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u multiannwali tar-Reġjun — Liġi tal-Finanzi 2007 (iktar ’il quddiem il-“Liġi Reġjonali Nru 4/2006”), li tinkludi l-Artikolu 4, bit-titolu “Taxxa reġjonali fil-każ ta’ waqfiet qosra għal skop turistiku ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni”, li huwa fformulat kif ġej: “1. Mis-sena 2006 ġiet stabbilita taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra turistiċi tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni. 2. Il-kundizzjonijiet tat-taxxa huma:
3. Il-persuna taxxabbli hija l-persuna fiżika jew ġuridika li għandha d-domiċilju fiskali tagħha barra mit-territorju reġjonali li tassumi l-eżerċizzju tal-inġenju tal-ajru skont l-Artikoli 874 et seq. tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni, jew li tassumi l-eżerċizzju tal-inġenju tal-baħar skont l-Artikoli 265 et seq. tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni. 4. It-taxxa reġjonali stabbilita fl-paragrafu 2(a) hija dovuta għal kull waqfa qasira, dik stabbilita fil-paragrafu 2(b) hija dovuta kull sena. […] 6. Huma eżenti mit-taxxa:
Il-modalitajiet ta’ ċertifikazzjoni tal-kawżi ta’ eżenzjoni huma stabbiliti permezz ta’ miżura speċifika tal-ARASE. 7. It-taxxa għandha titħallas:
skont ta’ modalitajiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-ARASE. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
8 |
Permezz taż-żewġ rikorsi ppreżentati fl-2006 u fl-2007 quddiem il-corte costituzionale, il-Presidente del Consiglio dei Ministri staqsa domandi ta’ legalità kostituzzjonali mhux biss dwar l-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, iżda wkoll dwar l-Artikoli 2 u 3 tal-istess liġi kif ukoll dwar l-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 2, tad-29 ta’ Mejju 2007, fil-verżjoni oriġinali tagħhom kif ukoll f’dik emendata. Dawn id-dispożizzjonijiet kollha jistabbilixxu taxxi reġjonali. |
9 |
Fir-rigward tal-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali sostna b’mod partikolari li din id-dispożizzjoni ma tosservax ir-rekwiżiti tad-dritt Komunitarju li għalihom hija suġġetta s-setgħa leġiżlattiva fl-Italja, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni Taljana. Insostenn tal-imsemmija rikorsi, kien invokat il-ksur, minn naħa, tal-Artikoli 49 KE u 81 KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 3(1)(g) KE kif ukoll mal-Artikolu 10 KE, u min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 87 KE. |
10 |
Fis-sentenza Nru 102 tagħha, tal-15 ta’ April 2008, il-Corte costituzionale, wara li għaqdet iż-żewġ rikorsi msemmija iktar ’il fuq, iddeċidiet fuq id-domandi ta’ legalità mqajma fil-kuntest tar-rikors tal-2006 u fuq parti minn dawk imqajma permezz tar-rikors tal-2007. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, li huwa s-suġġett ta’ dan l-aħħar rikors, il-Corte costituzionale ddikjarat inammissibbli jew infondati d-domandi ta’ kostituzzjonalità mqajma b’referenza għal dispożizzjonijiet kostituzzjonali differenti mill-imsemmi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117. B’hekk hija ddeċidiet li tissepara l-proċedura li tirrigwarda dan l-aħħar artikolu u li tissospendi l-proċedura sad-data tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq id-domanda preliminari mressqa b’deċiżjoni ta’ rinviju. Barra minn hekk, għal dak li jikkonċerna l-ksur tal-Artikoli 3(1)(g) KE, 10 KE u 81 KE, il-qorti tar-rinviju qieset li kien xieraq li tirriżerva d-dritt tagħha li tiddeċiedi fuq il-kwisjtoni sussegwentement. |
11 |
Fid-deċiżjoni ta’ rinviju, il-Corte costituzionale għamlet diversi osservazzjonijiet dwar l-ammissibbiltà tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari tagħha għal dak li jikkonċerna, minn naħa, il-kwalità tagħha ta’ qorti fis-sens tal-Artikolu 234 KE u, min-naħa l-oħra, ir-rilevanza tad-domandi magħmula fir-rigward tal-eżitu tal-kawża li ġiet adita biha. |
12 |
L-ewwel nett, il-Corte costituzionale ssostni li l-kunċett ta’ qorti, fis-sens tal-Artikolu 234 KE, għandu jiġi dedott mid-dritt Komunitarju u mhux mill-klassifikazzjoni taħt id-dritt nazzjonali tal-korp li qed jagħmel ir-rinviju u li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha sabiex tkun tista’ tressaq talba għal deċiżjoni preliminari. |
13 |
Għal dak li jikkonċerna r-rilevanza tad-domandi preliminari, il-Corte costituzionale tirrileva li, fir-rikorsi kostituzzjonali diretti, id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju “iservu bħala dispożizzjonijiet intermedjarji adattati sabiex jikkostitwixxu l-parametru sabiex tiġi stabbilita l-konformità tal-leġiżlazzjoni reġjonali mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni […] jew, iktar speċifikament, jirrendu konkretament operattiv il-parametru stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni […], bil-konsegwenza ta’ konstazzjoni ta’ illegalità kostituzzjonali tad-dispożizzjoni reġjonali ddikjarata inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet Komunitarji”. |
14 |
Fir-rigward tal-mertu tad-domandi magħmula, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006 jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija fil-punt 9 ta’ din is-sentenza. Billi japplika għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi, huwa jikkonċerna l-impriżi li joperaw inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni kif ukoll inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali għat-trasport privat ta’ persuni. |
15 |
L-istess qorti tenfasizza barra minn hekk li billi l-imsemmija liġi reġjonali timponi taxxa fuq l-impriżi li ma għandhomx domiċilju fiskali f’Sardegna, hija tidher li toħloq diskriminazzjoni fir-rigward tal-impriżi li, minkejja li jeżerċitaw l-istess attività, ma humiex obbligati jħallsu din it-taxxa sempliċiment minħabba l-fatt li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’Sardegna u li, konsegwentement, hija tidher li żżid l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti b’detriment għall-impriżi mhux residenti. |
16 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward tal-allegati ġustifikazzjonijiet magħmula mir-Regione Sardegna bbażati, minn naħa, fuq il-fatt li dawn l-impriżi mhux residenti jibbenefikaw, bl-istess mod bħall-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’dan ir-reġjun, minn servizzi pubbliċi reġjonali u lokali, iżda mingħajr ma jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-imsemmija servizzi, u, min-naħa l-oħra, fuq il-bżonn li jiġu paċuti l-ispejjeż addizjonali sostnuti, minħabba karatteristiċi ġeografiċi u ekonomiċi marbutin man-natura insulari tar-Regione Sardegna, mill-impriżi ddomiċiljati fiha. |
17 |
B’mod partikolari, għal dak li jikkonċerna l-allegat ksur tal-Artikolu 87 KE, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-problema tqum jekk il-vantaġġ ekonomiku kompetittiv li jirriżulta, għall-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom f’Sardegna, mill-fatt li ma humiex suġġetti għat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra jaqax taħt il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, peress li dan il-vantaġġ jirriżulta mhux mill-għoti ta’ vantaġġ fiskali, iżda indirettament mill-ispiża iktar baxxa li dawn l-impriżi jsostnu meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti barra mit-territorju reġjonali. |
18 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte costituzionale ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel u t-tielet domandi dwar l-Artikolu 49 KE
19 |
Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 KE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali ta’ awtorità reġjonali, bħall-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, li jistabbilixxi taxxa reġjonali fil-każ ta’ waqfiet qosra għal skop turistiku ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni peress li din it-taxxa hija imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali. |
Fuq il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49 KE
20 |
Sabiex tingħata risposta għal tali domanda, għandu jiġi stabbilit, preliminarjament, jekk il-Liġi Reġjonali Nru 4/2006 taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 50 KE. |
21 |
Kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, it-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali għal waqfiet qosra għal skopijiet turistiċi, minn naħa, ta’ inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali għat-trasport privat ta’ persuni [Artikolu 4(2)(a) tal-imsemmija liġi] u, min-naħa l-oħra, ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u ta’ inġenji użati għall-finijiet ta’ rikreazzjoni, sa fejn it-tul ta’ dawn l-inġenji jaqbeż l-14-il metru [Artikolu 4(2)(b) tal-istess liġi]. |
22 |
Għaldaqstant, it-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra ma tirrigwardax l-impriżi ta’ trasport ċivili ta’ persuni u ta’ merkanzija. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li din it-taxxa tapplika b’mod partikolari għall-impriżi li joperaw inġenji tal-ajru biex iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bl-ajru mingħajr ħlas għal raġunijiet relatati mal-attività tal-impriża tagħhom. Għal dak li jikkonċerna l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, il-qorti tar-rinviju tosserva barra minn hekk li l-imsemmija taxxa tapplika b’mod partikolari għall-impriżi li l-attività tagħhom tikkonsisti fit-tqegħid tal-imsemmija inġenji għad-dispożizzjoni ta’ terzi bi ħlas. |
23 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ “servizzi” fis-sens tal-Artikolu 50 KE jimplika li jirrigwarda servizzi normalment ipprovduti bi ħlas u li dan tal-aħħar jikkostitwixxi korrispettiv ekonomiku tas-servizz u huwa miftiehem bejn il-fornitur u l-benefiċjarju tas-servizz (ara s-sentenzi tas-27 ta’ Settembru 1988, Humbel u Edel, 263/86, Ġabra p. 5365, punt 17; tas-7 ta’ Diċembru 1993, Wirth, C-109/92, Ġabra p. I-6447, punt 15, kif ukoll tat-22 ta’ Mejju 2003, Freskot, C-355/00, Ġabra p. I-5263, punti 54 u 55). |
24 |
F’din il-kawża, it-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet tar-Regione Sardegna, tirrigwarda operaturi ta’ mezzi ta’ trasport li jivvjaġġaw fit-territorju tagħha u mhux l-impriżi ta’ trasport li jeżerċitaw l-attività tagħhom f’dan ir-reġjun. Madankollu, kif tirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 34 tal-konklużjonijiet tagħha, ma jistax jiġi dedott mill-fatt biss li din it-taxxa ma tirrigwardax servizzi ta’ trasport li l-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandha l-ebda konnessjoni mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
25 |
Fil-fatt, għalkemm it-tielet paragrafu tal-Artikolu 50 KE jsemmi biss il-libertà attiva li jiġu pprovduti servizzi, fejn il-fornitur tas-servizz jiċċaqlaq lejn id-destinatarju tas-servizz, minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinkludi wkoll il-libertà tad-destinatarji ta’ servizzi, u b’mod partikolari tat-turisti, li jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor fejn jinsab il-fornitur sabiex jibbenefikaw minn dawn is-servizzi f’dak l-Istat Membru (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-31 ta’ Jannar 1984, Luisi u Carbone, 286/82 u 26/83, Ġabra p. 377, punti 10 u 16; tal-11 ta’ Settembru 2007, Schwarz u Gootjes-Schwarz, C-76/05, Ġabra p. I-6849, punt 36, kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-318/05, Ġabra p. I-6957, punt 65). |
26 |
Fil-kawża prinċipali, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tagħha, il-persuni li joperaw mezz ta’ trasport kif ukoll dawk li jużaw tali mezz jibbenefikaw minn numru ta’ servizzi fit-territorju tar-Regione Sardegna, bħas-servizzi pprovduti fl-ajruporti u fil-portijiet. Konsegwentement, il-waqfa qasira tikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja sabiex jiġu riċevuti l-imsemmija servizzi u t-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra għandha ċerta konnessjoni ma’ dan is-servizz. |
27 |
Fir-rigward tat-taxxa reġjonali imposta fuq waqfiet qosra ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, għandu jiġi mfakkar barra minn hekk li din tapplika wkoll għall-impriżi li joperaw tali inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni u, b’mod partikolari, għal dawk li l-attività imprenditorjali tagħhom tikkonsisti fit-tqegħid tal-imsemmija inġenji għad-dispożizzjoni ta’ terzi bi ħlas. Għaldaqstant, permezz tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, il-leġiżlatur ta’ Sardegna stabbilixxa taxxa imposta direttament fuq il-provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 50 KE. |
28 |
Fl-aħħar nett, kif enfasizzat il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, is-serivzzi li fuqhom it-taxxa reġjonali għandha rilevanza jistgħu jkollhom natura transkonfinali peress li din it-taxxa, minn naħa, tista’ taffettwa l-possibbiltà tal-impriżi stabbiliti f’Sardegna li joffru servizzi ta’ waqfiet qosra fl-ajruporti u fil-portijiet liċ-ċittadini u lill-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor u, min-naħa l-oħra, għandha rilevanza fuq l-attività tal-impriżi li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor barra r-Repubblika Taljana u li joperaw inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni f’Sardegna. |
Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi
29 |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandu jiġi mfakkar preliminarjament li, fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, miżura fiskali nazzjonali li tostakola l-eżerċizzju ta’ din il-libertà tista’ tikkostitwixxi miżura pprojbita, kemm jekk toħroġ mill-Istat stess kif ukoll jekk toħroġ minn kolletività lokali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2005, Mobistar u Belgacom Mobile, C-544/03 u C-545/03, Ġabra p. I-7723, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
30 |
F’din il-kawża, huwa paċifiku li t-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra hija imposta fuq operaturi ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali u li l-fatt li jagħti lok għat-taxxa huwa l-waqfa qasira tal-inġenju tal-ajru jew tal-inġenju tal-baħar għar-rikreazzjoni f’dan it-territorju. Anki jekk, fil-fatt, din it-taxxa tapplika biss f’parti ċirkoskritta ta’ Stat Membru, hija tikkonċerna l-waqfiet qosra tal-inġenji tal-ajru u tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoi inkwistjoni mingħajr ma tagħmel distinzjoni skont jekk huma jiġux minn reġjun ieħor tal-Italja jew ta’ Stat Membru ieħor. F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-natura reġjonali tat-taxxa ma teskludix għaldaqstant il-fatt li tista’ tostakola l-moviment liberu ta’ servizzi (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2004, Carbonati Apuani, C-72/03, Ġabra p. I-8027, punt 26). |
31 |
L-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni fiskali tirrendi s-servizzi kkonċernati iktar onerużi għall-persuni kollha taxxabbli li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali u li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra meta mqabbla ma’ dawk ipprovduti lill-operaturi stabbiliti f’dan it-territorju. |
32 |
Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni tintroduċi spiża addizjonali għall-operazzjonijiet ta’ waqfiet qosra tal-inġenji tal-ajru u tad-dgħajjes operati minn operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali u stabbiliti fi Stati Membri oħrajn u b’dan il-mod toħloq vantaġġ għal ċerti kategoriji ta’ impriżi stabbiliti fih (ara s-sentenzi tal-25 ta’ Lulju 1991, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, C-353/89, Ġabra p. I-4069, punt 25; tat-13 ta’ Diċembru 2007, United Pan-Europe Communications Belgium et, C-250/06, Ġabra p. I-11135, punt 37, kif ukoll tal-1 ta’ April 2008, Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon, C-212/06, Ġabra p. I-1683, punt 50). |
33 |
Ir-Regione Sardegna tiddikjara madankollu li, fid-dawl tan-natura u l-għan tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra sabiex tiżgura l-protezzjoni tal-ambjent, ir-residenti u dawk li ma humiex residenti ma humiex f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli u, għaldaqstant, it-trattament differenzjat tagħhom ma jikkostitwixxix restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, is-sentenza tal-14 ta’ Frar 1994, Schumacker (C-279/93, Ġabra p. I-225). Fil-fatt, filwaqt li r-residenti jikkontribwixxu għall-kostituzzjoni ta’ riżorsi użati għall-attivitajiet ta’ konservazzjoni, ta’ restawr u ta’ protezzjoni ta’ beni ambjentali, billi jiffinanzjaw l-azzjoni tar-Regione Sardegna permezz tal-kontribuzzjoni ġenerali u, b’mod partikolari, tat-taxxi fuq id-dħul li parti minnhom taqa’ taħt il-baġit reġjonali, l-impriżi mhux residenti jaġixxu min-naħa l-oħra bħala “free riders” ambjentali, billi jużaw ir-riżorsi mingħajr ma jipparteċipaw għall-ispejjeż ta’ tali attivitajiet. |
34 |
F’dan ir-rigward, fil-fatt, billi tat deċiżjonijiet dwar it-tassazzjoni diretta, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li s-sitwazzjoni tar-residenti u dik ta’ dawk li ma humiex residenti fi Stat Membru partikolari ma humiex, bħala regola ġenerali, paragunabbli, minħabba li fihom differenzi oġġettivi kemm mill-perspettiva tas-sors tad-dħul kif ukoll minn dik tal-kapaċità kontributtiva personali tal-persuna taxxabbli jew tat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Schumacker, iċċitata iktar ’il fuq, punti 31 sa 33, u tas-16 ta’ Ottubru 2008, Renneberg, C-527/06, Ġabra p. I-7735, punt 59). |
35 |
Madankollu, għall-finijiet tal-paragun tas-sitwazzjoni tal-kontribwenti, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tat-taxxa inkwistjoni. Għaldaqstant, differenza ta’ trattament bejn ir-residenti u dawk li ma humiex residenti tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi pprojbita mill-Artikolu 49 KE meta ma jkunx hemm differenza oġġettiva fis-sentenza, meta mqabbla mat-taxxa inkwistjoni, ta’ natura tali li tiġġustifika differenza fit-trattament bejn id-diversi kategoriji ta’ kontribwenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Renneberg, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60). |
36 |
Dan huwa b’mod partikolari l-każ tat-taxxa inkwistjoni. Fil-fatt, kif kien enfasizzat mill-Kummissjonii, din it-taxxa hija dovuta minħabba l-waqfa qasira tal-inġenji tal-ajru għat-trasport ta’ persuni u ta’ dgħajjes għar-rikreazzjoni u mhux minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kontribwenti kkonċernati. |
37 |
Għaldaqstant, irrispettivament mill-post fejn huma residenti jew stabbiliti, il-persuni kollha fiżiċi u ġuridiċi li jgawdu mis-servizzi inkwistjoni huma, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Regione Sardegna, f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli fir-rigward tal-imsemmija taxxa b’konnessjoni mal-konsegwenzi ambjentali. |
38 |
Il-fatt li l-persuni taxxabbli f’Sardegna jikkontribwixxu, permezz tal-ħlas tal-kontribuzzjoni ġenerali u, b’mod partikolari, tat-taxxi fuq id-dħul, għall-azzjoni tar-Regione Sardegna għall-protezzjoni tal-ambjent huwa irrilevanti għall-finijiet tal-paragun tas-sitwazzjoni tar-residenti u ta’ dawk li ma humiex residenti fir-rigward tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra. Fil-fatt, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tagħha, l-imsemmija taxxa ma hijiex tal-istess natura u ma ssegwix l-istess għanijiet bħat-taxxi l-oħra mħallsa mill-kontribwenti Sardi, li għandhom l-għan b’mod partikolari li jiffinanzjaw b’mod ġenerali l-baġit pubbliku u, għaldaqstant sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet reġjonali kollha. |
39 |
Minn dak li ntqal preċedentement jirriżulta li ebda element tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi kkonstatat li r-residenti u dawk li ma humiex residenti ma jinsabux f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli fir-rigward tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi peress li hija imposta biss fuq l-operaturi li joperaw inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni u dgħajjes għar-rikreazzjoni li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali, mingħajr ma timponi l-istess taxxa fuq l-operaturi stabbiliti f’dan it-territorju. |
Fuq il-ġustifikazzjoni eventwali tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali
— Fuq il-ġustifikazzjoni bbażata fuq rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa pubblika
40 |
Ir-Regione Sardegna ssostni li, anki jekk taċċetta li t-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra tikkostitwixxi miżura restrittiva tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tali taxxa hija ġġustifikata minn raġunijiet ta’ interess ġenerali u, b’mod partikolari, minn rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent li jistgħu jitqiesu bħala raġunijiet ta’ “saħħa pubblika”, li huma espressament imsemmija fl-Artikolu 46(1) KE. |
41 |
B’mod partikolari, l-imsemmija taxxa tista’ tiġi ġġustifikata minn politika reġjonali ġdida ta’ protezzjoni ambjentali u ta’ pajsaġġ tat-territorju tar-Regione Sardegna. Din il-politika tipprovdi, skont din tal-aħħar, għall-istabbiliment ta’ serje ta’ kontribuzzjonijiet sabiex, minn naħa, jiġi skoraġġut il-konsum eċċessiv tal-patrimonju ambjentali u tal-pajsaġġ tal-kosta u, min-naħa l-oħra, sabiex jiffinanzjaw l-interventi onerużi ta’ restawr ta’ żoni tal-kosta. Tali taxxa tista’ tiġi barra minn hekk iġġustifikata mill-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, peress li, b’mod indirett, hija imposta fuq l-operaturi ta’ mezzi ta’ trasport li jikkostitwixxu sors ta’ tniġġis. |
42 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, irrispettivament mill-eżistenza ta’ għan leġittimu, li jikkorrispondi għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, il-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjoni fuq il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat KE tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk il-miżura inkwistjoni tkun adatta sabiex tiggarantixxi li l-għan inkwistjoni jintlaħaq u li din ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan (ara s-sentenzi tat-30 ta’ Jannar 2007, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka C-150/04, Ġabra p. I-1163, punt 46; Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55, kif ukoll tal-5 ta’ Marzu 2009, UTECA, C-222/07, Ġabra p. I-1407, punt 25). Barra minn hekk, leġiżlazzjoni nazzjonali hija adatta sabiex tiżgura t-twettiq tal-għan invokat biss jekk hija verament tipprovdi sabiex dan l-għan jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku (sentenza tal-10 ta’ Marzu 2009, Hartlauer, C-169/07, Ġabra p. I-1721, punt 55). |
43 |
F’din il-kawża, għandu jiġi rrilevat li, anki jekk ir-raġunijiet invokati mir-Regione Sardegna jistgħu jikkostitwixxu l-bażi tal-istabbiliment tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra, dawn ma jistgħux jiġġustifikaw il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tagħhom u, b’mod partikolari, it-trattament differenzjat tal-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali li huma l-uniċi persuni responsabbli li jħallsu din it-taxxa. |
44 |
Fil-fatt, huwa ċar li l-imsemmija modalitajiet, li jwasslu għal restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 49 KE, ma jidhrux li huma adattati jew neċessarji sabiex jiggarantixxu li l-imsemmija għanijiet ġenerali jintlaħqu. Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 73 u 74 tal-konklużjonijiet tagħha, meta aċċettat il-fatt li l-inġenji tal-ajru privati u l-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li jagħmlu waqfa qasira f’Sardegna jikkostitwixxu sors ta’ tniġġis, dan il-fatt jirriżulta irrispettivament minn fejn ikunu ġew dawn l-ajruplani u d-dgħajjes u, b’mod partikolari, ma għandhom l-ebda rabta mad-domiċilju fiskali tal-imsemmija operaturi. L-inġenji tal-ajru u d-dgħajjes tar-residenti jikkontribwixxu wkoll għad-dannu tal-ambjent. |
45 |
Għaldaqstant, ir-restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħal dik li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni fiskali inkwisjtoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tiġi ġġustifikata minn raġunijiet ibbażati fuq il-protezzjoni tal-ambjent peress li l-applikazzjoni tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra li hija tistabbilixxi hija bbażata fuq differenzazzjoni bejn il-persuna mingħajr konnessjoni ma’ dan l-għan ambjentali. Tali restrizzjoni lanqas tista’ tiġi ġġustifikata b’raġunijiet ta’ saħħa pubblika, peress li r-Regione Sardegna ma pprovdiet l-ebda prova li tikkonstata li din il-leġiżlazzjoni hija intiża sabiex tipproteġi s-saħħa pubblika. |
— Fuq il-ġustifikazzjoni bbażata fuq il-koerenza tas-sistema fiskali
46 |
Fl-osservazzjonijiet tagħha, ir-Regione Sardegna, sabiex tiġġustifika l-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tinvoka l-ħtieġa li tiġi protetta l-koerenza tas-sistema fiskali tagħha. It-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra imposta biss fuq persuni li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom fit-territorju reġjonali tkun iġġustifikata bil-fatt li r-residenti jħallsu taxxi oħra li jikkontribwixxu għall-azzjoni sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ambjent f’Sardegna. |
47 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li l-ħtieġa li tiġi protetta l-koerenza tas-sistema fiskali tista’ tiġġustifika restrizzjoni fuq l-eżerċizzjoni tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, iżda tispeċifika li tali ġustifikazzjoni teżiġi konnessjoni diretta bejn il-vantaġġ fiskali inkwistjoni u l-kumpens ta’ dan il-vantaġġ permezz ta’ impożizzjoni fiskali partikolari, fejn in-natura diretta ta’ din ir-rabta għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2009, Aberdeen Property Fininvest Alpha, C-303/07, Ġabra p. I-5145, punti 71 u 72). |
48 |
Kif ġie enfasizzat fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, it-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra ma għandhiex l-istess għanijiet bħat-taxxi mħallsa mill-persuni taxxabbli residenti f’Sardegna, li huma intiżi sabiex jiffinanzjaw b’mod ġenerali l-baġit pubbliku u għaldaqstant sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet kollha tar-Regione Sardegna. Il-fatt li din it-taxxa ma hijiex imposta fuq l-imsemmija residenti ma jistax għaldaqstant jitqies bħala tpaċija ta’ taxxi oħra li huma imposti fuqhom. |
49 |
Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li r-restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħal dik li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tiġi ġġustifikata b’raġunijiet ibbażati fuq il-koerenza tas-sistema fiskali tar-Regione Sardegna. |
50 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għal-ewwel u għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali ta’ awtorità reġjonali, bħal dik ipprovduta fl-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, li jistabbilixxi taxxa reġjonali fil-każ ta’ waqfa qasira għal skop turistiku tal-inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll tal-inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li hija imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali. |
Fuq it-tieni u r-raba domandi dwar l-Artikolu 87 KE
51 |
Permezz tat-tieni u tar-raba domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 87 KE għandux jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni fiskali ta’ awtorità reġjonali li tistabbilixxi taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra, bħala dik stabbilita fl-Artikolu 4 tal-Liġi Reġjonali Nru 4/2006, imposta biss fuq l-operaturi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali, tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat favur impriżi stabbiliti fl-istess territorju. |
52 |
Qabel kollox għandu jiġi mfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna fis-sens tat-Trattat tippresupponi li kull wieħed mill-erba’ kriterji kumulattivi stabbiliti fl-Artikolu 87(1) KE jkunu sodisfatti. L-ewwel nett, għandu jkun involut intervent tal-Istat jew intervent permezz ta’ riżorsi tal-Istat, it-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun ta’ natura tali li jista’ jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tielet nett, l-intervent għandu jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu u, ir-raba’ nett, dan għandu jwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-23 ta’ Marzu 2006, Enirisorse, C-237/04, Ġabra p. I-2843, punti 38 u 39 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
53 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li t-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkorrispondi għat-tieni u r-raba kriterji peress li tapplika għal servizzi pprovduti b’konnessjoni mal-waqfa qasira ta’ inġenji tal-ajru u ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, li jirrigwardaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u li tali taxxa, billi tagħti vantaġġ ekonomiku lill-operaturi stabbiliti f’Sardegna, hekk kif diġà ntqal fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, tista’ toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni. |
54 |
Id-domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 87 KE jirrigwardaw b’hekk l-applikazzjoni taż-żewġ kriterji l-oħra għal klassifikazzjoni tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra bħala għajnuna mill-Istat. Ir-Regione Sardegna tikkunsidra li din it-taxxa ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat minħabba n-nuqqas kemm tal-użu ta’ riżorsi tal-Istat kif ukoll tan-natura selettiva tal-miżura. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-imsemmija taxxa tissodisfa l-kriterji kollha stabbilit mill-Artikolu 87 KE. |
Fuq l-użu ta’ riżorsi pubbliċi
55 |
Skont ir-Regione Sardegna, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tinvolvi l-ebda intervent permezz ta’ riżorsi reġjonali. Ma hemmx rinunzja ta’ dħul reġjonali peress li l-impriżi residenti jikkontribwixxu diġà għall-ispiża ambjentali permezz ta’ parti mid-dħul li jirriżulta mit-taxxi mħallsa minnhom. It-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra żżid dan id-dħul billi testendi l-obbligu ta’ kontribuzzjoni ambjentali wkoll għal dawk li, bħala persuni li ma humiex residenti, ma jikkontribwixxux għall-imsemmija spiża permezz tal-impożizzjoni fiskali ordinarja. |
56 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġu mfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ għajnuna jista’ jkopri mhux biss provvisti pożittivi bħal sussidji, self jew xiri ta’ ishma fil-kapital ta’ impriżi, iżda wkoll interventi li, taħt forom differenti, inaqqsu l-ispejjeż li normalment jolqtu l-finanzi ta’ impriża u li, bl-istess mod, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma tal-istess natura u għandhom effetti identiċi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-156/98, Ġabra p. I-6857, punt 25, kif ukoll tal-1 ta’ Lulju 2008, Chronopost u La Poste vs UFEX et, C-341/06 P u C-342/06 P, Ġabra p. I-4777, punt 123 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
57 |
Kif ġie mfakkar mill-Kummissjoni, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi lil ċerti impriżi mill-impożizzjoni tat-taxxa inkwistjoni, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, anki jekk ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi, peress li tikkonsisti fir-rinunzja mill-awtoritajiet ikkonċernati għad-dħul fiskali li huma normalment setgħu jiġbru (sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar’il fuq, punt 26 sa 28). |
58 |
Għaldaqstant, il-fatt li l-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċpali ma tipprovdix għall-għoti ta’ sussidju, iżda l-esklużjoni mill-impożizzjoni tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport privat ta’ persuni kif ukoll ta’ inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom fit-territorju reġjonali jippermetti li jitqies li din l-eżenzjoni mill-impożizzjoni tat-taxxa tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
Fuq in-natura selettiva tal-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali
59 |
Skont ir-Regione Sardegna, id-differenza ta’ trattament bejn l-impriżi residenti u dawk mhux residenti ma tikkostitwixxix vantaġġ selettiv. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex selettiva mill-perspettiva ġeografika, għaliex, skont l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (C-88/03, Ġabra p. I–7115), il-kuntest ta’ referenza li fih il-“ġeneralità” tal-miżura għandu jiġi evalwat huwa dak tal-entità infrastatali, jekk din tgawdi minn awtonomija suffiċjenti. Dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali, għaliex ir-Regione Sardegna għandha poteri awtonomi mogħtija lilha minn statut li għandu s-saħħa ta’ liġi kostituzzjonali li jawtorizzaha tistabbilixxi taxxi proprji. Barra minn hekk, skont il-prinċipju iktar ġenerali tal-ugwaljanza fl-ambitu fiskali, l-imsemmija leġiżlazzjoni tintaxxa b’mod differenti sitwazzjonijiet differenti de jure u de facto. |
60 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li fil-fatt jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija mill-konvenuta fil-kawża prinċipali li, fir-rigward ta’ miżura adottata mhux mil-leġiżlatur nazzjonali, iżda minn awtorità infrastatali, tali miżura ma hijiex selettiva fis-sens tal-Artikolu 87 KE minħabba s-sempliċi fatt li tagħti vantaġġi biss f’parti mit-territorju nazzjonali li fiha l-miżura tapplika (ara s-sentenzi Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar’il fuq, punti 53 u 57, kif ukoll tal-11 ta’ Settembru 2008, UGT-Rioja et, C-428/06 sa C-434/06, Ġabra p. I-6747, punti 47 u 48). |
61 |
Madankollu, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, sabiex tiġi evalwata s-selettività ta’ miżura adottata minn entità infrastatali li tgawdi minn awtonomija mill-gvern ċentrali, bħar-Regione Sardegna, għandu jiġi eżaminat jekk, fir-rigward tal-għan segwit mill-imsemmija miżura, din tikkostitwixxix vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli (ara s-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke, C-143/99, Ġabra p. I-8365, punt 41, kif ukoll Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar’il fuq, punti 56 u 58). |
62 |
B’hekk jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi tat-taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra, l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali humiex, fir-rigward tal-kuntest ġuridiku ta’ referenza, f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli ma’ dawk stabbiliti f’dan l-istess territorju. |
63 |
Kif jirriżulta mill-punti 36 u 37 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tan-natura u tal-għan tal-imsemmija taxxa, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li jgawdu minn servizzi ta’ waqfa qasira f’Sardegna huma, kuntrarjament għal dak li ssostni l-konvenuta fil-kawża prinċipali, f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli irrispettivament mill-post fejn huma residenti jew stabbiliti. Minn dan isegwi li l-miżura ma tistax titqies bħala ġenerali, peress li ma tapplikax għall-operaturi kollha ta’ inġenji tal-ajru u ta’ dgħajjes għar-rikreazzjoni li jagħmlu waqfa qasira f’Sardegna. |
64 |
Għaldaqstant, leġiżlazzjoni fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat favur impriżi stabbiliti f’Sardegna. |
65 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tislet il-konklużjonijiet xierqa minn din il-konstatazzjoni. |
66 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għat-tieni u għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 87(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni fiskali ta’ awtorità reġjonali li tistabbilixxi taxxa reġjonali fuq waqfiet qosra, bħala dik fil-kawża prinċipali, imposta biss fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju reġjonali, tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat favur impriżi stabbiliti f’dan l-istess territorju. |
Fuq l-ispejjeż
67 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.