This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CJ0075
Judgment of the Court (Second Chamber) of 30 April 2009.#The Queen, on the application of Christopher Mellor v Secretary of State for Communities and Local Government.#Reference for a preliminary ruling: Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) - United Kingdom.#Directive 85/337/EEC - Assessment of the effects of projects on the environment - Obligation to make public the reasons for a determination not to make a project subject to an assessment.#Case C-75/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-30 ta' April 2009.
The Queen, fuq talba ta' Christopher Mellor vs Secretary of State for Communities and Local Government.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) - ir-Renju Unit.
Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-impatt ta’ proġetti fuq l-ambjent - Obbligu ta’ pubblikazzjoni tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li ma ssirx stima ta’ proġett.
Kawża C-75/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-30 ta' April 2009.
The Queen, fuq talba ta' Christopher Mellor vs Secretary of State for Communities and Local Government.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) - ir-Renju Unit.
Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-impatt ta’ proġetti fuq l-ambjent - Obbligu ta’ pubblikazzjoni tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li ma ssirx stima ta’ proġett.
Kawża C-75/08.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:279
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
30 ta’ April 2009 ( *1 )
“Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent — Obbligu li ssir pubblika l-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li ma ssirx evalwazzjoni ta’ proġett”
Fil-Kawża C-75/08,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2008, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta’ Frar 2008, fil-proċedura
The Queen, fuq talba ta’:
Christopher Mellor
vs
Secretary of State for Communities and Local Government,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn C.W.A. Timmermans, President ta’ Awla, J.-C. Bonichot (Relatur), K. Schiemann, P. Kūris u L. Bay Larsen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: R. Grass,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal C. Mellor, minn R. Harwood, barrister u R. Buxton, solicitor, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Seeboruth, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn P. Oliver u J.-B. Laignelot, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-22 ta’ Jannar 2009,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 85/337”). |
2 |
Din it-talba kienet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn C. Mellor u s-Secretary of State for Communities and Local Government, li kienet tikkonċerna l-ħtieġa jew inqas li tiġi motivata d-deċiżjoni meħuda mill-awtorità nazzjonali kompetenti li ma ssirx evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (iktar ’il quddiem l-“EEA”) meta jsir l-eżami tat-talba għall-approvazzjoni tal-bini ta’ sptar, liema proġett jaqa’ taħt l-Anness II tad-Direttiva 85/337. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
3 |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 85/337 jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi, qabel ma jingħata l-kunsens/approvazzjoni, il-proġetti li x’aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinjifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokazzjoni tagħhom jiġu magħmula soġġetti għall-ħtieġa li jkun hemm il-kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom. Dawn il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.” |
4 |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337 jipprovdi: “1. Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għal stima b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu permezz ta’:
jew
jekk il-proġett għandux jiġi sottomess għal stima b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-(a) u fil-(b). 3. Meta jiġi mwettaq eżami każ b’każ jew jiġu stabbiliti l-għetiebi [limiti] jew il-kriterji għall-għan tal-paragrafu 2, għandhom jitqiesu l-kriterji rilevanti tal-għażla ddikjarati fl-Anness III. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak li jkun ġie stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.” |
5 |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 85/337 jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-awtoritajiet li x’aktarx ikunu sejrin ikollhom x’jaqsmu mal-proġett minħabba r-responsabbilitajiet speċifiċi tagħhom jiġu mogħtija l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornit mill-iżviluppatur u fuq it-talba ta’ kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f’termini ġenerali jew fuq il-bażi ta’ każ b’każ. It-tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawn l-awtoritajiet. Għandhom jiġu preskritti arranġamenti dettaljati mill-Istati. 2. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli, dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif ittagħrif ikun jista’ jiġi pprovvdut b’mod raġjonevoli:
[…]
[…]
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri raġjonevoli taż-żmien, dan li ġej għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat:
4. Il-pubbliku interessat għandu jingħata opportunitajiet minn kmienu u effettivi għalbiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens fl-iżvilupp. 5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f’ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b’sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta’ inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 6. Għandhom jiġu pprovvduti kwdari raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku interessat iħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.” |
6 |
Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/337: Meta tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu konċessi jew irrifjutati kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku bihom skond il-proċeduri xierqa u għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:
2. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lil kull Stat Membru li jkun ġie kkonsultat skond l-Artikolu 7, billi jibagħtulu t-tagħrif riferit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri kkonsultati għandhom jiżguraw illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tagħhom.” |
7 |
L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:
ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet. […]” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
8 |
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-EEA, ipprovduti mid-Direttiva 85/337, ġew inizjalment trasposti mir-Regolamenti dwar l-Urbaniżmu u l-Iżvilupp Rurali tal-1988 [The Town and Country Planning (Assessment of Environmental Effects) Regulations 1988 (S. I. 1988/1199)]. |
9 |
Wara li d-Direttiva 85/337 ġiet emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151), dawn ir-regolamenti ġew issostitwiti mir-Regolamenti dwar l-Urbaniżmu u l-Iżvilupp Rurali (l-Ingilterra u Wales) tal-1999 [The Town and Country Planning (Environmental Impact Assessment) (England and Wales) Regulations 1999 (S. I. 1999/293)], kif emendat bir-Regolament dwar l-Urbaniżmu u l-Iżvilupp Rurali (l-Ingilterra u Wales) tal-2006 [The Town and Country Planning (Environmental Impact Assessment) (England and Wales) Regulations 2006 (S. I. 2006/3295), iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti EEA”]. |
10 |
L-Annessi 1 sa 3 tar-Regolamenti EEA jikkorrispondu rispettivament għall-Annessi I sa III tad-Direttiva 85/337. |
11 |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti EEA jipprovdi li “talba EEA” tfisser “talba għal permess ta’ bini għal żvilupp EEA”, jiġifieri żvilupp li għalih hija neċessarja EEA. |
12 |
Skont din l-istess dispożizzjoni “żvilupp EEA” jfisser:
jew
|
13 |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti EEA jirriżulta li żvilupp jikkostitwixxi “żvilupp li jaqa’ taħt l-Anness 2 tar-regolamenti” meta: “[…] jikkorrispondi għal deskrizzjoni msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella ta’ dan l-anness, li ma jkunx suġġett għal eżenzjoni u meta:
jew
|
14 |
Fl-Anness 2 tar-Regolamenti EEA, il-paragrafu 10(b) jikkonċerna “proġetti ta’ żvilupp urban” (kolonna 1) li l-wiċċ taż-żona għal żvilupp tkun ogħla minn nofs ettaru (kolonna 2). |
15 |
Skont l-Artikolu 2(1)(h) tar-Regolamenti EEA, iż-żoni b’pajżaġġ eċċezzjonali (area of outstanding natural beauty) jikkostitwixxu “żoni sensibbli”. |
16 |
Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolamenti EEA jirriżulta li żvilupp tat-tip li jinsab fl-Anness 2 jitqies bħala żvilupp EEA, jiġifieri żvilupp li għalih hija meħtieġa EEA, meta applikant b’mod volontari jissottometti “dikjarazzjoni ambjentali” skont ir-Regolamenti EEA jew meta dipartiment ta’ urbaniżmu lokali, fuq talba jew ex officio, jadotta opinjoni ta’ eżami preliminari li tindika li l-iżvilupp huwa żvilupp EEA. |
17 |
Meta talba għal permess ta’ bini tat-tip li jinsab fl-Anness 2 ma tinkludix dikjarazzjoni ambjentali, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-ħtieġa li tiġi pprovduta EEA jittieħdu mid-dipartimenti lokali tal-urbaniżmu taħt forma ta’ opinjoni ta’ eżami preliminari u mis-Secretary of State taħt forma ta’istruzzjonijiet ta’ eżami preliminari. |
18 |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-regolamenti EEA:
|
19 |
Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolamenti EEA, l-istruzzjonijiet ta’ eżami preliminari maħruġa mis-Secretary of State għandhom preċedenza fuq id-dikjarazzjonijiet ambjentali kif ukoll fuq l-opinjonijiet ta’ eżami preliminari adottati mid-dipartimenti tal-urbaniżmu lokali. |
20 |
Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolamenti EEA, l-opinjoni ta’ eżami preliminari għandha tiġi adottata f’terminu ta’ tliet ġimgħat, jew f’kull terminu itwal kif mifthiem mal-persuna li qed tippromwovi l-proġett. |
21 |
Skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolamenti EEA, jekk l-awtoritajiet ma jagħtux opinjoni ta’ eżami preliminari fit-termini legalment mogħtija, jew jekk jirriżulta mill-opinjoni li l-iżvilupp ikkonċernat huwa żvilupp EEA, il-persuna li talbet l-opinjoni, jew il-persuna li ppreżentat it-talba għal permess tal-bini, tista’ titlob lis-Secretary of State sabiex jagħti istruzzjonijiet ta’ eżami preliminari. |
22 |
Skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolamenti EEA, meta tiġi adottata opinjoni ta’ eżami preliminari jew jingħataw istruzzjonijiet ta’ eżami preliminari li jikkwalifikaw żvilupp bħala żvilupp EEA “din l-opinjoni jew dawn l-istruzzjonijiet jinkludu dikjarazzjoni bil-miktub li timmotiva debitament din il-konklużjoni, b’mod ċar u preċiż”. |
23 |
Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolamenti EEA, id-deċiżjonijiet ta’ eżami preliminari għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni kriterji ta’ eżami elenkati fl-Anness 3 tar-Regolamenti EEA. |
24 |
Fost il-kriterji msemmija fl-Anness 3 tar-Regolamenti EEA hemm:
|
25 |
Madankollu r-regolamenti ma jipprovdux għall-komunikazzjoni tar-raġunijiet ta’ opinjoni ta’ eżami preliminari jew ta’ istruzzjoni ta’ opinjoni preliminari li ma tikkwalifikax l-iżvilupp inkwistjoni bħala żvilupp EEA. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
26 |
Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, fix-xahar ta’ Ottubru 2004, Partnerships in Care (iktar ’il quddiem “PiC”) iddepożita fi ħdan l-awtorità lokali kompetenti fil-qasam tal-urbaniżmu, il-Harrogate Borough Council (iktar ’il quddiem il-“Council”), talba għal permess għall-bini ta’ sptar ta’ sigurtà medja f’HMS Forest Moor fuq art li tinsab f’post rurali fiż-żona b’pajżaġġ eċċezzjonali ta’ Nidderdale (“Nidderdale Area of Outstanding Natural Beauty”, iktar ’il quddiem “Nidderdale AONB”), li fiha kien hemm bażi navali qadima. Il-permess tal-bini ngħata matul ix-xahar ta’ Awwissu 2005. |
27 |
Wara rikors ippreżentat minn resident lokali, il-permess tal-bini ġie annullat, permezz ta’ deċiżjoni tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division, fil-5 ta’ April 2006, minħabba, b’mod partikolari, li l-Council ma kienx adotta opinjoni ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-EEA. |
28 |
Fis-7 ta’ Lulju 2006, il-konsulent dwar l-urbaniżmu ta’ PiC talab lill-Council sabiex jagħti opinjoni ta’ eżami preliminari skont l-Artikolu 5 tar-Regolamenti EEA. |
29 |
Għalhekk fl-24 ta’ Lulju 2006, l-Għaqda tar-Residenti għall-Protezzjoni ta’ Nidderdale (Residents for the Protection of Nidderdale) kitbu lill-Council sabiex jindika li kienet meħtieġa EEA tal-proġett. |
30 |
Fil-25 ta’ Awwissu 2006, il-Council tal-opinjoni ta’ eżami preliminari tiegħu billi kkonkluda li l-proġett ippreżentat ma kellux effett ambjentali notevoli u li, b’hekk, ma kinitx meħtieġa EEA. |
31 |
Fl-4 ta’ Settembru 2006, Mellor kiteb lill-Council f’isem l-Għaqda tar-Residenti għall-Protezzjoni ta’ Nidderdale fejn indika li l-opinjoni ta’ eżami preliminari jmissha imponiet EEA. |
32 |
Fit-3 ta’ Ottubru 2006, PiC, li straħet fuq l-opinjoni tal-Council tal-25 ta’ Awwissu 2006, ressqet it-talba għall-permess tal-bini inkwistjoni. |
33 |
Fl-20 ta’ Ottubru 2006, il-konsulenti dwar l-urbaniżmu ta’ PiC, li ġew informati dwar il-fatt li l-Council kellu jbiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar in-neċessità li twettaq EEA, kitbu lill-Government Office for Yorkshire and the Humber sabiex jitolbu lis-Secretary of State sabiex joħroġ istruzzjonijiet ta’ eżami preliminari. |
34 |
Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Council effettivament biddel il-pożizzjoni tiegħu f’opinjoni ġdida fejn iddeċieda, abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn Mellor, u wara li wettaq konsultazzjonijiet ġodda, li kienet meħtieġa EEA. |
35 |
Wara li PiC marret quddiem is-Secretary of State, dan, fl-4 ta’ Diċembru 2006, ħareġ istruzzjonijiet ta’ eżami preliminari li kienu jmorru fis-sens oppost tal-aħħar opinjoni mogħtija mill-Council. |
36 |
Wara li kkonstata li l-proġett inkwistjoni kien “proġett tat-tip li jinsab fl-Anness 2” tar-Regolamenti EEA, is-Secretary of State adotta d-deċiżjoni li ġejja: “[…] wara li kkunsidra l-kriterji ta’ selezzjoni elenkati fl-Anness 3 tar-Regolamenti EEA u l-protesti magħmula minn C. Mellor f’isem l-Għaqda tar-Residenti għall-Protezzjoni ta’ Nidderdale, is-Secretary of State iqis li l-proġett m’għandux ikollu effetti notevoli fuq l-ambjent minħabba fatturi bħan-natura tiegħu, id-daqs tiegħu jew il-lok tiegħu. B’hekk, bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu permezz tal-Artikolu 6(4) tar-Regolamenti EEA, is-Secretary of State jordna li l-proġett deskritt fit-talba tagħkom u fid-dokumenti annessi magħha mhuwiex ‘proġett EEA’ fis-sens tar-Regolamenti EEA. B’hekk, l-ebda wieħed mid-drittijiet ta’ bini approvati li minnhom jista’ jibbenefika l-proġett tagħkom skont it-Town and Country Planning (General Permitted Developement) Order 1995 ma hu affettwat. Fir-rigward tal-istruzzjonijiet imsemmija hawn fuq, it-talba għal permess tal-bini msemmi iktar ’il fuq jista’ jkompli mingħajr ma jiġi ppreżentat rapport ambjentali.” |
37 |
Fl-20 ta’ Frar 2007, C. Mellor ippreżenta rikors quddiem il-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division, kontra d-deċiżjoni tas-Secretary of State sabiex jikseb l-annullament ta’ dawn l-istruzzjonijiet ta’ eżami preliminari. |
38 |
Peress li l-High Court of Justice, qieset li l-ġurisprudenza ġiet stabbilita mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) wara s-sentenza R v Secretary of State for the Environment, Transport and the Regions ex p. Marson (1998), fis-sens li, minn naħa, mhuwiex meħtieġ li tingħata raġuni għal rifjut li tiġi ordnata EEA u li, min-naħa l-oħra, meta hemm l-obbligu li tingħata motivazzjoni għal istruzzjonijiet, il-motivazzjoni normalment mogħtija mis-Secretary of State hija biżżejjed, hija ċaħdet ir-rikors mingħajr ma tat deċiżjoni fuq il-mertu. |
39 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division), adita bil-kawża fuq il-mertu, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha sabiex tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
40 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membri għandhom l-obbligu li jikkomunikaw lill-pubbliku l-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li proġett li jaqa’ taħt l-Anness II ta’ din id-direttiva ma jkunx suġġett għal EEA. |
Osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja
41 |
Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa tal-fehma li deċiżjoni li tindika li EEA mhijiex neċessarja għandha ta’ bilfors tkun motivata b’mod adegwat, sabiex tiġi ggarantita protezzjoni legali effettiva tal-ambjent u tad-drittijiet taċ-ċittadini. |
42 |
Huwa jsostni li din id-deċiżjoni diġà ġiet eżaminata f’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-87/02, Ġabra p. I-5975, punt 49), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonkludiet li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-digriet li eskluda l-operazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża mill-proċedura ta’ EEA. |
43 |
Barra minn hekk, huwa jenfasizza li l-fondatezza tal-opinjoni tiegħu hija msaħħa mill-emendi magħmula għad-Direttiva 85/337 matul is-sena 1997. Fil-fatt, minn meta saru dawn l-emendi, din id-direttiva timponi fuq l-awtorità kompetenti, kif jirriżulta wkoll mill-Artikolu 4(3) tagħha, sabiex tieħu inkunsiderazzjoni kriterji ta’ għażla rilevanti msemmija fl-Anness III ta’ din id-direttiva meta jkun meħtieġ li jiġi evalwat jekk proġett li jaqa’ taħt l-Anness II tal-istess direttiva għandux ikun ssuġġett għal EEA u teżiġi, skont l-Artikolu 4(4) li d-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir EEA jew le titqiegħedx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Għandu jingħad ukoll li l-pubbliku ma jistax jevalwa l-legalità tat-tali deċiżjoni jekk il-motivazzjonijiet warajha ma jkunux ġew ikkomunikati lilu. |
44 |
Il-Gvern tar-Renju Unit josserva, fl-ewwel lok, li, bil-kontra ta’ dispożizzjonjiet oħra tad-dritt Komunitarju derivat fil-qasam tal-ambjent, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337 ma jipprovdi l-ebda obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-punt dwar jekk għandhiex issir EEA. Huwa jikkonkludi minn dan li l-leġiżlatur Komunitarju ma kellhux l-intenzjoni li jipprovdi għall-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
45 |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq isostni, fit-tieni lok, li l-argument ibbażat fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li tat lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, ma jistax jiġi milqugħ fil-kawża prinċipali peress li, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kien ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kull indikazzjoni li tippermetti li tiżgura ruħha li l-awtorità kompetenti kienet wettqet l-eżami bbażat fuq il-ħtieġa li l-proġett inkwistjoni jkun suġġett għal EEA jew le, liema eżami huwa previst mid-dritt nazzjonali skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 85/337. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonċernat ma kienx ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li l-proġett ma jkunx suġġett għat-tali evalwazzjoni. |
46 |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tikkontesta l-interpretazzjoni li jagħti r-Renju Unit tal-kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, li tosserva, b’mod partikolari, li minkejja n-nuqqas tal-kelma “motivazzjoni” fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, jirriżulta kjarament minn dan il-punt li l-awtorità kompetenti għandha tirreferi b’mod jew ieħor għall-informazzjoni kollha li turi li hija applikat l-elementi korretti u ħadet inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti. Din il-ħtieġa hija ekwivalenti għal obbligu ta’ motivazzjoni. |
47 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-emendi li ħarġu mid-Direttiva 97/11, b’mod partikolari l-obbligu għall-Istati Membri li jippubblikaw id-deċiżjonijiet dwar jekk għandhiex issir jew le EEA skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 85/337, li trendi ferm iktar neċessarju l-obbligu tal-motivazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet. Għall-Kummissjoni, dan l-obbligu huwa nieqes minn sens fin-nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata tad-deċiżjonijiet ikkonċernati. |
Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja
48 |
Id-Direttiva 85/337 għandha b’mod partikolari bħala suġġett, hekk kif tindika l-ħames premessa tagħha, li tintroduċi prinċipji ġenerali ta’ EEA tal-proġetti pubbliċi u privati li jista’ jkollhom effett importanti fuq l-ambjent, bil-għan li jiġu kkompletati u kkoordinati l-proċedimenti ta’ approvazzjoni ta’ dawn il-proġetti. |
49 |
Id-Direttiva 85/337 tipprovdi li ċerti proġetti, li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness I tagħha, jkunu suġġetti għal evalwazzjoni b’mod obbligatorju. |
50 |
Min-naħa l-oħra, il-proġetti li jinsabu fl-Anness II tagħha għandhom jiġu suġġetti għal din l-evalwazzjoni biss meta jista’ jkollhom effetti notevoli fuq l-ambjent u d-Direttiva 85/337 tħalli, f’dan ir-rigward, marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri. Madankollu, din il-marġni ta’ diskrezzjoni ssib il-limiti tagħha fl-obbligu ta’ dawn l-Istati, msemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 85/337, li jissottometti għal din l-evalwazzjoni l-proġetti li jista’ jkollhom effetti notevoli fuq l-ambjent, b’mod partikolari minħabba n-natura tagħhom, id-dimensjoni tagħhom jew il-lok tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-24 ta’ Ottubru 1996, Kraaijeveld et, C-72/95, Ġabra p. I-5403, punt 50, u tat-23 ta’ Novembru 2006, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-486/04, Ġabra p. I-11025, punt 53). |
51 |
Jirriżulta għaldaqstant neċessarjament mill-għanijiet tad-Direttiva 85/337 li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, aditi b’talba għall-approvazzjoni ta’ proġett li jaqa’ taħt l-Anness II ta’ din id-direttiva, għandhom jissuġġettaw irwieħhom għal eżami partikolari tal-punt dwar jekk, fid-dawl tal-kriterji li jinsabu fl-Anness III ta’ din id-direttiva, għandhiex issir. |
52 |
B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, permezz tas-sentenza tagħha tal-10 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, li r-Repubblika Taljana kienet naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 85/337, meta kien jirriżulta mill-elementi kollha sottomessi lilha li l-awtoritajiet kompetenti ma kinux wettqu “eżami preliminari” tan-neċessità ta’ evalwazzjoni, previst mil-leġiżlazzjoni Taljana sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 85/337. |
53 |
F’din is-sentenza, kien, fil-fatt, inkwistjoni l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 85/337, li jiġi żgurat li proġett ma jeħtieġx evalwazzjoni, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li din l-evalwazzjoni ma ssirx. |
54 |
L-ebda elementi mill-inkartament ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi pprovat li dan l-eżami sar matul il-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett ta’ by-pass tat-traffiku, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ġie stabbilit in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 85/337, allegat mill-Kummissjoni. |
55 |
Barra minn hekk il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fil-punt 49 tal-istess sentenza, li d-deċiżjoni li biha awtorità kompetenti tqis li l-karatteristiċi ta’ proġett ma jirrikjedux li jkun suġġett għal għandha tinkludi jew tkun akkumpanjata mill-elementi kollha li jippermettu li jiġi mistħarreġ jekk hijiex ibbażata fuq eżami preliminari adegwat, magħmul skont l-eżiġenzi tad-Direttiva 85/337. |
56 |
Madankollu ma jirriżultax mid-Direttiva 85/337 u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, b’mod partikolari, minn din is-sentenza, li d-deċiżjoni li proġett ma jkunx suġġett għal għandha tinkludi hija stess ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti ddeċidiet li evalwazzjoni ma kinitx neċessarja. |
57 |
Madankollu minn dan jirriżulta li t-terzi, bħal wara kollox l-awtoritajiet amministrattivi interessati, għandhom ikollhom il-possibbiltà li jiżguraw rwieħhom li l-awtorità kompetenti eżaminat sew, skont id-dispożizzjonijiet previsti mil-liġi nazzjonali, li EEA kienet jew ma kinitx neċessarja. |
58 |
Barra minn hekk, il-persuni interessati, bħal wara kollox l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kkonċernati, għandhom ikollhom is-setgħa li jiżguraw l-osservanza ta’ dan l-obbligu fil-qasam tal-eżami li għandha tagħmel l-awtorità kompetenti, jekk ikun il-każ b’mod ġudizzjarju. Din l-eżiġenza tista’ tikkomporta, bħal fil-kawża prinċipali, il-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors direttament kontra d-deċiżjoni li ma ssirx EEA. |
59 |
F’dan ir-rigward, l-effiċjenza tal-istħarriġ ġudizzjarju, li għandu jkun jista’ jikkonċerna l-legalità tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata, timplika, b’mod ġenerali, li l-qorti adita bil-kawża tista’ teżiġi mill-awtorità kompetenti l-komunikazzjoni ta’ dawn il-motivi. Iżda, fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-każ fejn tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta’ dritt mogħti mid-dritt Komunitarju, jeħtieġ ukoll li l-persuni interessati jistgħu jiddefendu dan id-dritt fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli u jingħataw il-possibbiltà li jiddeċiedu, b’għarfien sħiħ tal-fatti, jekk huwiex utli għalihom li jmorru quddiem il-qorti. Minn dan jirriżulta li, fl-istess ipoteżi, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha l-obbligu li tagħtihom il-motivi li fuqhom huwa bbażat ir-rifjut jew fid-deċiżjoni nnifisha jew f’komunikazzjoni ulterjuri magħmula fuq talba tagħhom (ara s-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 1987, Heylens et, 222/86, Ġabra p. 4097, punt 15). |
60 |
Din il-komunikazzjoni ulterjuri tista’ tieħu l-forma, mhux biss ta’ dikjarazzjoni espliċita tal-motivi, iżda wkoll tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti rilevanti bħala tweġiba għat-talba ppreżentata. |
61 |
Fir-rigward ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx li d-deċiżjoni, li tikkonkludi li mhuwiex neċessarju li proġett li jaqa’ taħt l-Anness II ta’ din id-direttiva jkun suġġett għal EEA, tinkludi hija stess ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti ddeċidiet li din ma kinitx neċessarja. Madankollu, jekk issir talba min-naħa tal-persuna interessata, l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha l-obbligu li tikkomunikalha l-motivi li għalihom din id-deċiżjoni ttieħdet jew l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti bi tweġiba għat-talba ġiet ippreżentata. |
Fuq it-tieni u t-tielet domandi preliminari
62 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi l-qorti tar-rinviju tixtieq issir taf jekk, fl-ipoteżi ta’ risposta fl-affermattiv tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel domanda, il-kontenut ta’ deċiżjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwiex tali li jissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni li miegħu huma marbutin l-awtoritajiet kompetenti u, min-naħa l-oħra, jekk ikun il-każ, li tiddefinixxi l-forma li għandha tieħu din il-motivazzjoni. |
63 |
Jekk, kif jirriżulta mir-risposta għall-ewwel domanda, il-motivi ma għandhomx neċessarjament jiġu inklużi fid-deċiżjoni nnifisha li ma ssirx EEA, l-awtorità amministrattiva kompetenti tista’, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli jew minn rajha, tindika fid-deċiżjoni, il-motivi li fuqhom din hija bbażata. |
64 |
F’din l-ipoteżi, din id-deċiżjoni għandha tkun tali li tippermetti lill-persuni interessati sabiex iqisu l-opportunità li jippreżentaw rikors kontra tagħha, fid-dawl, eventwalment, tal-elementi li jistgħu ulterjorment isiru jafu. |
65 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi eskluż li fil-kawża prinċipali, il-motivazzjoni kkunsidrata mis-Secretary of State titqies bħala suffiċjenti, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-elementi li diġà ġew informati lill-persuni interessati, bil-kundizzjoni li dawn tal-aħħar jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti u jiksbu mingħandhom, suġġett għall-istħarriġ tal-qorti, l-informazzjoni supplimentari neċessarja li tkun tali li tikkompletaha. |
66 |
Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li, fl-ipoteżi fejn id-deċiżjoni ta’ Stat Membru li ma jissuġġettax proġett li jaqa’ taħt l-Anness II tad-Direttiva 85/337 għal EEA skont l-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-direttiva tindika l-motivi li fuqhom hija bbażata, din id-deċiżjoni hija mmotivata biżżejjed ladarba l-motivi li hija tinkludi, flimkien mal-elementi li diġà ġew informati lill-persuni interessati, u eventwalment ikkompletati mill-informazzjoni supplimentari neċessarja li l-amministrazzjoni nazzjonali kompetenti hija marbuta li tipprovdilhom fuq talba tagħhom, ikunu tali li jippermettulhom li jikkunsidraw l-opportunità li jippreżentaw rikors kontra din id-deċiżjoni. |
Fuq l-ispejjeż
67 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.