Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0036

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Ellenika.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/16/KEE - Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ tabib ġenerali - Traspożizzjoni mhux korretta.
    Kawża C-36/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:536





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2008 – Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja

    (Kawża C‑36/08)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 93/16/KEE – Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ tabib ġenerali – Traspożizzjoni mhux korretta”

    1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Talba intiża sabiex Stat Membru jiġi ordnat jadotta miżuri speċifiċi (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 8-10)

    2.                     Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Tobba – Direttiva 93/16 (Direttiva tal-Kunsill 93/16, Artikoli 30, 31 u 36) (ara d-dispożittiv)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 30, 31 u 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE, tal-5 ta’ April 1993, biex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom (ĠU L 165 p. 1) – Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ tabib ġenerali.

    Dispożittiv

    1)

    Billi adottat u żammet fis-seħħ regoli bħal dawk tal-Artikolu 29(d.1) u (d.2) tal-Liġi 3209/2003, li mhumiex konformi mal-Artikoli 30, 31 u 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE, tal-5 ta’ April 1993, biex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija Artikoli 30, 31 u 36.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top