Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0231

Kawża C-231/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 3 ta’ Frar 2009 — Massimo Giannini vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Servizz pubbliku Komunitarju — Dritt għal smigħ xieraq — Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni — Interess tas-servizz u l-obbligu ta’ premura — Żnaturament tal-elementi ta’ prova u regoli dwar l-amministrazzjoni tal-provi — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2009 — Massimo Giannini vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-231/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku Komunitarju - Dritt għal smigħ xieraq - Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni - Interess tas-servizz u l-obbligu ta’ premura - Żnaturament tal-elementi ta’ prova u regoli dwar l-amministrazzjoni tal-provi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2009/C 113/36

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Massimo Giannini (rappreżentanti: L. Levi u C. Ronzi, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008, Giannini vs Il-Kummissjoni (T-100/04) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni COM/A/9/01, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-ekonomija u tal-istatistika, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għal din il-kompetizzjoni u għad-danni — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, relatat mad-dewmien eċċessiv tal-proċeduri — Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-kunċett ta’ interess tas-servizz u tal-obbligu ta’ premura — Ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u tar-regoli tal-amministrazzjoni tal-provi.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

M. Giannini huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  GU C 223, 30.8.2008.


Top