EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0279

Kawża C-279/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ( Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 87(1) KE — Skema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu — Klassifikazzjoni tal-miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ selettività’ — Vantaġġ iffinanzjat bir-riżorsi tal-Istat — Protezzjoni tal-ambjent — Obbligu ta motivazzjoni — Ammissibbiltà )

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-279/08 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 87(1) KE - Skema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu - Klassifikazzjoni tal-miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ ‘selettività’ - Vantaġġ iffinanzjat bir-riżorsi tal-Istat - Protezzjoni tal-ambjent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammissibbiltà)

2011/C 311/07

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, K. Gross u H. van Vliet, aġenti)

Appellati: Ir-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels, D.J.M. de Grave, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, B. Klein u T. Henze, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A.-L. Vendrolini, J. Gstalter u B. Cabouat, aġenti), Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc, agent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, S. Ossowski u H. Walker, aġenti u K. Bacon, barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (Il-Ħames Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2008, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (T-233/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1761 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat N 35/2003 li tirrigwarda l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu nnotifikata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ April 2008, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (T-233/04), hija annullata.

(2)

L-appelli inċidentali huma miċħuda.

(3)

Ir-rikors tal-ewwel istanza huwa miċħud.

(4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-kuntest tal-imsemmija proċedura.

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-appell.

(6)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


Top