EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0203

Kawża C-203/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — The Sporting Exchange Ltd, li topera bl-isem Betfair vs Minister van Justitie ( “Artikolu 49 KE — Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz tal-internet — Leġiżlazzjoni li tirriżerva liċenzja lil operatur uniku — Tiġdid tal-liċenzja mingħajr sejħa għal offerti — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Applikazzjoni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard” )

ĠU C 209, 31.7.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — The Sporting Exchange Ltd, li topera bl-isem Betfair vs Minister van Justitie

(Kawża C-203/08) (1)

(Artikolu 49 KE - Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz tal-internet - Leġiżlazzjoni li tirriżerva liċenzja lil operatur uniku - Tiġdid tal-liċenzja mingħajr sejħa għal offerti - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Applikazzjoni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)

2010/C 209/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Sporting Exchange Ltd, li topera bl-isem Betfair

Konvenut: Minister van Justitie

Fil-preżenza ta’: Stichting de Nationale Sporttotalisator

Suġġett

Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-organizzazzjoni ta’ logħob u l-ġbir ta’ mħatri mingħajr liċenzja, u li tirriżerva liċenzja eventwali għal operatur uniku għall-protezzjoni tal-benesseri soċjali u tas-saħħa pubblika — Rifjut li tingħata liċenzja lil operatur (fuq l-internet) li diġà għandu liċenzja fi Stati Membri oħrajn inkluż l-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu — Tiġdid ta’ tali liċenzja mingħajr sejħa għal offerti — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ logħob tal-ażżard għal sistema ta’ esklużività favur operatur wieħed u li tipprekludi kull operatur ieħor, inkluż lil operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor, milli joffri, permezz tal-internet, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, servizzi li jaqgħu taħt l-imsemmija sistema.

(2)

L-Artikoli 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ trattament ugwali u l-obbligu ta’ trasparenza li minnu jirriżulta huma applikabbli għall-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ liċenzja lil operatur uniku fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, sakemm mhuwiex operatur pubbliku li l-amministrazzjoni tiegħu hija suġġetta għall kontroll dirett tal-Istat jew operatur privat li l-attivitajiet tiegħu huma suġġetta għal kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


Top