This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0143
Case C-143/08: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 19 March 2009 — Commission of the European Communities v Republic of Poland (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 2006/73/EC — Failure to transpose within the period prescribed)
Kawża C-143/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/73/KE — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
Kawża C-143/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/73/KE — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
ĠU C 113, 16.5.2009, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-143/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/73/KE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 113/20
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Kaduczak, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplementa d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma applikabbli għall-kumpaniji ta’ investiment u d-definizzjoni ta’ ċerti termini definiti għall-għanjiet ta’ din id-direttiva (ĠU L 241, p. 26)
Dispożittiv
1) |
Billi m’adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma applikabbli għall-kumpaniji ta’ investiment u d-definizzjoni ta’ ċerti termini definiti għall-għanjiet ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |