Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TO0375

    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Jannar 2008.
    Rosario Maria Pellegrini vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Ħlas provviżorju tal-kumpens mitlub fil-kawża prinċipali - Nuqqas ta’ fumus boni juris.
    Kawża T-375/07 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:3





    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Jannnar 2008 – Pellegrini vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-375/07 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Ħlas provviżorju tal-kumpens mitlub fil-kawża prinċipali – Nuqqas ta’ fumus boni juris”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 225 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 11-14)

    2.                     Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(ċ), u 104(3)) (ara l-punt 15)

    Suġġett

    Talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tagħmel tajjeb, b’mod provviżorju, għad-dannu finanzjarju allegatament sostnut mir-rikorrent mill-fatt li din l-istituzzjoni naqset milli tassigura l-applikazzjoni sħiħa u l-interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw l-attivitajiet ta’ l-intermedjarji finanzjarji . :

     Dispożittiv

    1)      It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)      L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top