Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TO0097

    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) ta'l-10 ta' April 2008.
    Imelios SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Il-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (1998 - 2002) - Klawżola ta’ arbitraġġ - Nota ta’ debitu - Inammissibbiltà.
    Kawża T-97/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:105





    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) ta’ l-10 ta’ April 2008

    Imelios vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-97/07)

    “Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Il-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (1998 – 2002) – Klawżola ta’ arbitraġġ – Nota ta’ debitu – Inammissibbiltà”

    1.                     Proċedura – Bażi legali ta’ rikors – Għażla mogħtija lir-rikorrent u mhux lill-qorti Komunitarja (ara l-punt 19)

    2.                     Rikors għal annullament – Rikors li fir-realtà jirrigwarda kwistjoni ta’ natura kuntrattwali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja – Inammissibbiltà (Artikoli 230 KE u 238 KE) (ara l-punti 21-22, 27-30)

    3.                     Rikors għal annullament – Rikors li fir-realtà jirrigwarda kwistjoni ta’ natura kuntrattwali – Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors – Inammissibbiltà (Artikoli 230 KE u 238 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 32-34)

    4.                     Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ) u (d)) (ara l punti 39-41)

    5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali (It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(c) u (d)) (ara l-punti 45-47)(ara l-punti 45-47)

    Suġġett

    L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni, wara rapport ta’ verifika ta’ l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li tirkupra, permezz tan-nota ta’ debitu tas-17 ta’ Jannar 2007, il-ħlas bil-quddiem imħallas fil-kuntest tal-kuntratt, bir-referenza IST-1999-10934 – ASSIST, dwar il-proġett “Knowledge Management for Help Desk Operators”, konkluż fil-kuntest tal-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fil-qasam tas-soċjetà ta’ l-informatika ta użu faċli (1998-2002), u, it-tieni nett, talba għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 34 368 fir-rigward tal-parti tas-sussidju li għadha trid titħallas b’applikazzjoni ta’ dan l-imsemmi kuntratt u, it-tielet nett, talba għad-danni intiża sabiex tikseb il-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni ta’ l-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Imelios SA hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

    Top