This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TO0092
Order of the Court of First Instance (Appeal Chamber) of 8 May 2008.#Jacques Frankin and Others v Commission of the European Communities.#Appeal - Public service.#Case T-92/07 P.
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Awla ta' l-Appelli) tat-8 ta' Mejju 2008.
Jacques Frankin et. vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Servizz pubbliku.
Kawża T-92/07 P.
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Awla ta' l-Appelli) tat-8 ta' Mejju 2008.
Jacques Frankin et. vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Servizz pubbliku.
Kawża T-92/07 P.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2008 I-B-1-00009; II-B-1-00055
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:145
DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla tal-Appell)
8 ta’ Mejju 2008
Kawża T-92/07 P
Jacques Frankin et
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali u membri tal-persunal temporanju – Pensjoni – Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni – Appell manifestament inammissibbli – Appell manifestament infondat”
Suġġett: Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-16 ta’ Jannar 2007, Frankin et vs Il-Kummissjoni (F-3/06, ĠabraSP I-A-0000), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Jacques Frankin u l-482 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju l-oħra tal-Kummissjoni, li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness tad-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.
Sommarju
Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 138(1)(ċ))
Mill-Artikolu 11(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 138(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza jirriżulta li appell mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li tagħha qed jintalab l-annullament, kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu, b’mod speċifiku, din it-talba. Dan ir-rekwiżit mhuwiex sodisfatt b’appell li, mingħajr lanqas biss jinkludi argument li huwa speċifikament intiż li jidentifika l-iżball ta’ liġi li jivvizzja s-sentenza appellata, sempliċement jirriproduċi l-motivi u l-argumenti li diġà ġew ippreżentati quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Fil-fatt, tali appell jikkostitwixxi, fil-verità, talba intiża sabiex jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza.
(ara l-punti 21 u 22)
Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 4 ta’ Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C‑352/98 P, Ġabra p. I‑5291, punti 34 u 35; Il-Qorti tal-Ġustizzja 10 ta’ Mejju 2001, FNAB et vs Il-Kunsill, C‑345/00 P, Ġabra p. I‑3811, punt 30; Il-Qorti tal-Ġustizzja 8 ta’ Jannar 2002, Franza vs Monsanto u Il-Kummissjoni, C‑248/99 P, Ġabra p. I‑1, punt 68; Il-Qorti tal-Ġustizzja 11 ta’ Novembru 2003, Martinez vs Il-Parlament, C‑488/01 P, Ġabra p. I‑13355, punt 40