Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0493

    Kawża T-493/07: Rikors ippreżentat fit- 28 ta' Dicembru 2007 — GlaxoSmithkline SPA vs L-UASI — Serono Genetics Institute (FAMOXIN)

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/59


    Rikors ippreżentat fit-28 ta' Dicembru 2007 — GlaxoSmithkline SPA vs L-UASI — Serono Genetics Institute (FAMOXIN)

    (Kawża T-493/07)

    (2008/C 51/107)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: GloxoSmithkline SPA (Verona, l-Italja) (rappreżentant: G. Richard, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Serono Genetics Institute SA (Evry, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-14 ta' Settembru 2007 fil-każ R 8/2007-1 u tiddikjara t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità imressqa mir-rikorrenti bħala fondata;

    tannulla l-kundanni kollha għall-ispejjeż magħmula kontra r-rikorrenti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, u tornda lil dan ta' l-aħħar ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali Komunitarja “FAMOXIN” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 2 491 298

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Serono Genetics Institute SA

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali nazzjonali “LANOXIN” għal prodotti fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kollha kemm hi

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b) u 52 tar-Regolament (KE) 40/94.


    Top