Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0476

    Kawża T-476/07: Rikors ippreżentat fit- 13 ta' Diċembru 2007 — Evropaïki Dynamiki vs FRONTEX

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/55


    Rikors ippreżentat fit-13 ta' Diċembru 2007 — Evropaïki Dynamiki vs FRONTEX

    (Kawża T-476/07)

    (2008/C 51/100)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, lawyer)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni ta' FRONTEX li tevalwa l-offerta tar-rikorrenti bħala mhux tajba u li tagħti l-kuntratt lill-offerent li rebaħ l-appalt;

    tordna lil FRONTEX tħallas id-danni li r-rikorrenti sofriet minħabba l-proċedura għall-għoti ta' kuntratt pubbliku in kwistjoni f'ammont ta' EUR 500 000;

    tordna lill-Kummissjoni (DIGIT) tħallas l-ispejjeż kollha tar-rikorrenti, inklużi dawk legali, b'konnessjoni ma' dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud;

    tordna lil FRONTEX tħallas l-ispejjeż kollha tar-rikorrenti, inklużi dawk legali, b'konnessjoni ma' dan ir-rikors.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti għamlet offerta b'risposta għas-sejħa pubblika għall-offerti tal-konvenuta għall-provvista ta' servizzi informatiċi u liċenzji għal hardware u software (ĠU 2007/S 114-139890). Ir-rikorreti tikkontesta d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-3 ta' Ottubru 2007 li tirrifjuta l-offerta tar-rikorrenti u li tinforma lir-rikorrenti li l-kuntratt ser jingħata lil offerent ieħor.

    In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli tagħti motivazzjoni skond l-Artikolu 253 KE u li użat kriterji ta' evalwazzjoni li ma kinux inklużi espressament fis-sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta wetqet żbalji manifesti ta' evalwazzjoni.


    Top