Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0454

    Kawża T-454/07: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Diċembru 2007 — Prym et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/45


    Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2007 — Prym et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-454/07)

    (2008/C 51/85)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: William Prym GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja), Prym Inovan GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja), EP Group S.A. (Comines-Warneton, il-Belġju) (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer u C. Herrmann, Rechtsanwälte)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2007 safejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

    sussidjarjament, tnaqqas il-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni għal ammont minimu xieraq;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2007, C(2007) 4257 finali (każ COMP/E-1/39.168) — Prodotti tal-haberdashery tal-metall jew tal-plastikk: żippijiet. Fl-imsemmija deċiżjoni, ġiet imposta multa fuq kumpannija fil-grupp Prym minħabba ksur ta' l-Artikolu 81 KE fir-rigward ta' tliet każijiet separati ta' ksur fis-settur tal-prodotti tal-haberdashery li fih il-Kummissjoni kienet ikkonstatat total ta' erba' każijiet ta' ksur.

    Ir-rikorrenti jressqu ħdax-il motiv in sostenn tar-rikors tagħhom.

    Fir-rigward ta' l-akkuża ta' akkordju multilaterali fis-settur ta' “żippijiet oħra” u magni għat-tqegħid tagħhom, huma jsostnu:

    ksur ta' l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), safejn grupp ta' fatti inqassmu f'żewġ każijiet ta' ksur differenti;

    applikazzjoni żbaljata ta' l-avviż tal-Kummissjoni ta' l-2002 (2) safejn it-tnaqqis tal-multa huwa inqas minn 30 % ta' dak li kellu jitnaqqas.

    Fir-rigward ta' l-akkuża ta' akkordju trilaterali fis-settur taż-żippijiet, huma jsostnu:

    akkuża illegali ta' aġir ta' impriża Komunitarja fil-konfront ta' l-ewwel u t-tieni rikorrenti kif ukoll kalkolu żbaljat tal-multa fir-rigward tat-tielet rikorrenti;

    ksur tal-parti C, kif ukoll D ta' l-avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 (3).

    Fir-rigward ta' l-akkuża ta' akkordju bilaterali ma' impriża tal-grupp Coats, huma jsostnu:

    ksur ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 safejn tali akkordju u wieħed mill-ksur ippenalizzat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2004, C(2004) 4221, finali (każ COMP/F-1/38.338 — PO/Labar) inqasmu f'żewġ każijiet separati ta' ksur meta kellhom jiġu kkunsidrati bħala ksur wieħed;

    ksur tal-prinċipju ne bis in idem peress li ġiet imposta multa oħra għall-istess fatt;

    ksur ta' l-Artikolu 253 KE għal nuqqas ta' motivazzjoni suffiċjenti għad-diviżjoni ta' ksur wieħed;

    ksur tal-prinċipji ta' kooperazzjoni u ta' trattament ugwali;

    Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-multa huma jsostnu:

    ksur tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi (4) kif ukoll tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' ugwaljanza;

    ksur ta' l-Artikolu 253 KE minħabba nuqqas ta' motivazzjoni għad-determinazzjoni ta' l-ammont inizjali u għad-definizzjoni tas-swieq oġġettivament rilevanti;

    sussidjarjament, ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità minħabba akkużi kontra r-rikorrenti li huma eċċessivi b'mod ġenerali u nuqqas ta' motivazzjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).

    (2)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi f'każijiet ta' kartell (ĠU C 45, 2002, p. 3).

    (3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar in-non-impożizzjoni ta' multi jew it-tnaqqis ta' l-ammont tagħhom f'każijiet ta' kartell (ĠU C 207, 1996, p. 4).

    (4)  Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU C 9, 1998, p. 3).


    Top