Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0392

    Kawża T-392/07: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Ottubru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 297, 8.12.2007, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 297/46


    Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ottubru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-392/07)

    (2007/C 297/93)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Guido Strack (Il-Kolonja, Il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, adottati effettivament jew fuq il-bażi tar-rifjut impliċitu previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-kuntest ta' l-ipproċessar tat-talba tar-rikorrent ta' l-20 ta' Ġunju 2007, intiża sabiex jikseb aċċess għad-dokumenti, u tat-talba konfermattiva tiegħu tat-23 ta' Lulju 2007, sussidjarja għat-talbiet konfermattivi tal-15 ta' Awwissu 2007;

    tordna l-Kummissjoni tikkumpensa f'miżura adegwata d-danni morali subiti mir-rikorrent f'okkażjoni ta' l-ipproċessar tat-talba tiegħu, billi tirrikonoxxi ta' l-inqas kumpens simboliku ekwivalenti għal 1 EUR;

    tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrent talab minn naħa l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-kuntest tat-talbiet konfermattivi ta' aċċess għad-dokumenti fis-sens tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), miċħuda totalment jew parzjalment mill-Kummissjoni, u minn naħa l-oħra l-aċċess għal dokumenti relattivi għall-kawża T-110/04. Ġie miċħud l-aċċess għal tali dokumenti jew mogħti tardivament fir-rigward tat-termini imperattivi previsti.

    In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ksur, minn naħa tal-konvenuta, ta' l-Artikolu 255 KE, u kif ukoll ta' l-Artikoli 2(1), 4, 6 et seq tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrent jilmenta wkoll, b'mod partikolari, il-ksur tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u kif ukoll ta' l-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


    (1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, paġina 43).


    Top