EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0340

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2010.
Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm ‘eContent’ – Kuntratt dwar proġett intiż sabiex jiżgura l-ikbar effikaċja tal-programm u l-parteċipazzjoni l-iktar wiesa’ possibbli tal-gruppi kkonċernati – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Xoljiment tal-kuntratt.
Kawża T-340/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:33





Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (Ir‑Raba’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2010 – Evropaïki Dynamiki vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑340/07)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm ‘eContent’ – Kuntratt dwar proġett intiż sabiex jiżgura l-ikbar effikaċja tal-programm u l-parteċipazzjoni l-iktar wiesa’ possibbli tal-gruppi kkonċernati – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Xoljiment tal-kuntratt”

1.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita esklużivament mill-Artikolu 238 KE u mill-klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 76 u 77)

2.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Motivi li ma ġewx esposti fir-rikors (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 120-123)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trasparenza - Invokazzjoni fil-kuntest ta’ relazzjonijiet purament kuntrattwali - Inammissibbiltà ħlief fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali jew tad-dritt applikabbli għall-kuntratt (ara l-punt 124)

4.                     Uffiċjali - Drittijiet u obbligi - Obbligu ta’ indipendenza u ta’ integrità - Riskju ta’ kunflitt ta’ interessi fil-każ ta’ eżistenza ta’ relazzjonijiet professjonali bejn uffiċjal mitlub li jiddeċiedi kwistjoni u terz involut fiha - Assenza (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 11a) (ara l-punti 130-134)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 235 KE, 238 KE u 288 KE intiż sabiex il‑Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu subit minħabba nuqqas ta’ twettieq, min-naħa tagħha, ta’ ċerti obbligi kuntrattwali fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt EDC‑53007 EEBO/27873 relatat mal-proġett intitolat “e‑Content Exposure and Business Opportunities”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki ‑ Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top