Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0305

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tas-16 ta' Settembru 2009.
    Offshore Legends vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għaż-żewġ trade marks Komunitarji figurattivi OFFSHORE LEGENDS, waħda bl-iswed u bl-abjad, l-oħra bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OFFSHORE 1 - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn il-prodotti u s-sinjali - Nuqqas ta’ talba għal prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94, moqri flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 42(2) u (3) u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009].
    Każijiet Magħquda T-305/07 u T-306/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:335





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Offshore Legends vs UASI – Acteon (OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad, u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar)

    (Kawżi magħquda T‑305/07 u T‑306/07)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għaż‑żewġ trade marks Komunitarji figurattivi OFFSHORE LEGENDS, waħda bl-iswed u bl-abjad, l-oħra bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OFFSHORE 1 – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn il-prodotti u s-sinjali – Nuqqas ta’ talba għal prova tal‑użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94, moqri flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 42(2) u (3) u l‑punt (a) tat‑tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 60, 61, 98-103)

    Suġġett

    Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal‑UASI, tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każijiet R 1031/2006-2 u R 1038/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acteon u Offshore Legends.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Offshore Legends

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade marks figurattivi OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 20, 24, 25, 28 u 35 – Applikazzjonijiet Nri 3160231 u 2997021

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

    Acteon

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali OFFSHORE 1 għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Annullament parzjali tad-deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sa fejn din ċaħdet l-oppożizzjoni għall-prodotti koperti mill-klassijiet 18 u 25


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    Offshore Legends hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top