Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0016

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (is-Sitt Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008.
    Miguel Torres, SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORRE DE BENÍTEZ - Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti li jevokaw numru ta’ torrijiet - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.
    Kawża T-16/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:604





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 – Torres vs UASI – Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés (TORRE DE BENÍTEZ)

    (Kawża T-16/07)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORRE DE BENÍTEZ – Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti li jevokaw numru ta’ torrijiet – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 46, 73)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Novembru 2006 (Każ R 36/2006-2), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali TORRE DE BENÍTEZ għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni Nru 2438018

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Miguel Torres, SA

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali Torres għal prodotti fil-klassi 33, kif ukoll bosta trade marks oħra Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top