Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0195

    Kawża T-195/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 23 ta' Settembru 2008 — Lafarge Cement vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Direttiva 2003/87/KE — Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra — Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet bla ħsara għal ċertu kundizzjonijiet — Diskrezzjoni tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjonijiet — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà )

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/36


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Settembru 2008 — Lafarge Cement vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-195/07) (1)

    (“Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet bla ħsara għal ċertu kundizzjonijiet - Diskrezzjoni tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjonijiet - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)

    (2008/C 301/61)

    Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Lafarge Cement S.A. (Malogoszcz, il-Polonja) (rappreżentanti: P.K. Rosiak u F. Puel, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: U. Wölker u K. Herrmann, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) finali tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mill-Polonja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Lafarge Cement S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


    Top