EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0076

Kawżi magħquda T-76/07, T-362/07 u T-409/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ April 2012 — El Fatmi vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Tħassir tal-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għall-annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 174, 16.6.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — El Fatmi vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-76/07, T-362/07 u T-409/08) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Tħassir tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għall-annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 174/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Nouriddin El Fatmi (Vught, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. Pulles u A. M. van Eik (Kawżi T-76/07, T-362/07 u T-409/08), J. Pauw (Kawżi T-76/07 u T-362/07) u M. Uiterwaal (T-76/07), avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. J. Van Hegelsom u E. Finnegan (T-76/07 u T-362/07), sussegwentement B. Driessen u E. Finnegan (T-76/07, T-362/07 u T-409/08), aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels, M. de Mol u Y. de Vries, kif ukoll M. de Grave (Kawża T-76/07), sussegwentement C. Wissels, M. Bulterman u J. Langer, aġenti]; u l-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: S. Boelaert u P. van Nuffel, kif ukoll, inizjalment, J. Aquilina (Kawża T-76/07), aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1008/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 200M, p. 532), issostitwita suċċessivament bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 169, p. 58), 2007/868/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 340, p. 100), 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 188, p. 21), 2009/62/KE, tas-26 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 23, p. 25), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009, tal-15 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 151, p. 14), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1285/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 346, p. 39), (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 178, p. 1), (UE) Nru 83/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 28, p. 14), u (UE) Nru 687/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 188, p. 2), sa fejn isem ir-rikorrenti jidher fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18 Vol. 1, p. 207).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 117, 26.05.2007.


Top