EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0485

Kawża T-485/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Settembru 2011 — Olive Line International vs UASI — Knopf (O-live) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O-live — Isem kummerċjali preċedenti Olive line — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Dritt li jiġi pprojbit l-użu ta’ trade mark iktar reċenti — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 7 tal-liġi dwar it-trade marks Spanjola u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009) )

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Olive Line International vs UASI — Knopf (O-live)

(Kawża T-485/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva O-live - Isem kummerċjali preċedenti Olive line - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Dritt li jiġi pprojbit l-użu ta’ trade mark iktar reċenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 7 tal-liġi dwar it-trade marks Spanjola u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009))

2011/C 311/62

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reinhard Knopf (Malsch, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Weber, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1478/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u Reinhard Knopf.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1478/2006-2) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Reinhard Knopf għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008.


Top