Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0461

Kawża T-461/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ April 2011 — Visa Europe u Visa International Service vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tas-servizzi marbuta mal-aċċettazzjoni tat tranżazzjonijiet magħmula permezz ta’ karti ta’ kreditu jew ta’ debitu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-kompetizzjoni — Kompetitur potenzjali — Multi — Ċirkustanzi attenwanti — Terminu raġonevoli — Ċertezza legali — Drittijiet tad-difiża” )

ĠU C 160, 28.5.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Visa Europe u Visa International Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-461/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi marbuta mal-aċċettazzjoni tat tranżazzjonijiet magħmula permezz ta’ karti ta’ kreditu jew ta’ debitu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-kompetizzjoni - Kompetitur potenzjali - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Terminu raġonevoli - Ċertezza legali - Drittijiet tad-difiża)

2011/C 160/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Visa Europe Ltd (Londra, Ir-Renju Unit); u Visa International Service Association (Wilmington, Delaware, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment S. Morris, QC, H. Davies u A. Howard, barristers, V. Davies u H. Masters, solicitors, sussegwentement S. Morris u P. Scott, solicitor, A. Howard, V. Davies u C. Thomas, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, N. Khan u V. Bottka, sussegwentement N. Khan u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4471 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċeduri skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/D1/37.860 — Morgan Stanley/Visa International u Visa Europe), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni,

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Visa Europe Ltd u Visa International Service huma kkundannati għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008.


Top