Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0428

    Kawża T-428/07 u T-455/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Ġunju 2010 — CEVA vs Il-Kummissjoni ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni fis-settur ‘Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin (1998-2002)’ — Proġetti Seahealth u Biopal — Noti ta’ debitu — Talbiet għal annullament — Rikwalifikazzjoni tar-rikorsi — Ammissibbiltà — Prinċipju tal-kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża — Irkupru tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mħallsa mill-Unjoni Ewropea — Irregolaritajiet finanzjarji serji” )

    ĠU C 209, 31.7.2010, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2010 — CEVA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-428/07 u T-455/07) (1)

    (Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni fis-settur ‘Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin (1998-2002)’ - Proġetti Seahealth u Biopal - Noti ta’ debitu - Talbiet għal annullament - Rikwalifikazzjoni tar-rikorsi - Ammissibbiltà - Prinċipju tal-kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża - Irkupru tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mħallsa mill-Unjoni Ewropea - Irregolaritajiet finanzjarji serji)

    2010/C 209/47

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Escobar Guerrero u W. Roels, imbagħad W. Roels, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament, fil-Kawża T-428/07, tan-nota ta’ debitu Nru 3240908670, tal-20 ta’ Settembru 2007, fir-rigward tal-proġett Seahealth, u fil-Kawża T-455/07, tan-nota ta’ debitu Nru 3240909271, tal-4 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kuntratt Biopal, kif ukoll sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tirrimborsa dawn in-noti ta’ debitu favur CEVA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    (2)

    Kull parti għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-parti l-oħra.


    (1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


    Top