Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0422

    Kawża T-422/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Jannar 2012 — Djebel — SGPS vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna intiża sabiex tippromwovi strateġiji tan-negozju moderni u kompetittivi — Għajnuna prevista għal kumpannija kummerċjali fil-forma ta’ self issussidjat fil-kuntest ta’ investiment ta’ din il-kumpannija fil-Brażil — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Trattament ugwali” )

    ĠU C 58, 25.2.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/7


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Djebel — SGPS vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-422/07) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna intiża sabiex tippromwovi strateġiji tan-negozju moderni u kompetittivi - Għajnuna prevista għal kumpannija kummerċjali fil-forma ta’ self issussidjat fil-kuntest ta’ investiment ta’ din il-kumpannija fil-Brażil - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Trattament ugwali)

    2012/C 58/11

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Djebel — SGPS SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Andrade Neves u S. Castro Caldeira, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Martenczuk, aġenti)

    Suġġett

    Rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/582/KE, tal-10 ta’ Mejju 2007, dwar għajnuna mill-Istat C 4/2006 (ex N 180/2005) — Il-Portugall — Għajnuna għal Djebel (ĠU L 219, p. 30).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Djebel — SGPS, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 64, 08.03.2008.


    Top