EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0421(01)

Kawża T-421/07 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni “Għajnuna mill-Istat — Distribuzzjoni ta’ posta — Miżuri adottati mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Interess ġuridiku — Ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura magħluqa — Effetti ta’ sentenza ta’ annullament”

ĠU C 371, 9.11.2015, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/07 RENV) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Distribuzzjoni ta’ posta - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Interess ġuridiku - Ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura magħluqa - Effetti ta’ sentenza ta’ annullament”)

(2015/C 371/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju); UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Ottervanger, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2), [KE] fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, dwar il-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2), KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07)] hija annullata sa fejn din tiftaħ il-proċedura ta’ eżami formali fir-rigward tal-miżuri pubbliċi msemmija, bl-eċċezzjoni tal-garanziji mill-Istat mogħtija favur Deutsche Bundespost Postdienst u favur Deutsche Post.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk ukoll sostnuti minn Deutsche Post għar-rikors għal annullament, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura ta’ appel quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

3)

UPS Europe NV/SA u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG għandhom jbatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


Top