Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0304

    Kawża T-304/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 5 ta' Novembru 2008 — Calzaturificio Frau vs UASI — Camper (Forma ta' arkata stilizzata b'wiċċ solidu) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b'wiċċ solidu — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta arkata stilizzata — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 327, 20.12.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 327/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Calzaturificio Frau vs UASI — Camper (Forma ta' arkata stilizzata b'wiċċ solidu)

    (Kawża T-304/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b'wiċċ solidu - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta arkata stilizzata - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 327/41)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Calzaturificio SpA (San Giovanni Ilarione, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

    Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u L. Rampini, aġenti)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Camper, SL (Inca, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 768/2006-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Camper, SL u Calzaturificio Frau SpA.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Calzaturificio Frau SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


    Top