Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0297

    Kawża T-297/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 15 ta' Ottubru 2008 — TridonicAtco vs UASI (Intelligent Voltage Guard) ( Trade mark komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Intelligent Voltage Guard — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/33


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — TridonicAtco vs UASI (Intelligent Voltage Guard)

    (Kawża T-297/07) (1)

    (“Trade mark komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Intelligent Voltage Guard - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 313/58)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: TridonicAtco GmbH & Co. KG (Dornbirn, l-Awstrija) (rappreżentanti: l-ewwel L. Wiltschek, avukat, wara L. Wiltschek u E. Tremmel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Appelli tal-UASI tal-31 ta' Mejju 2007 (Każ R 108/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Intelligent Voltage Guard bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    TridonicActo GmbH & Co. KG hija kkundannata għal-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


    Top