Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0257

    Kawża T-257/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni ( Saħħa tal-annimali — Regolament (KE) Nru 999/2001 — Protezzjoni kontra l-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered — Ngħaġ u Mogħoż — Regolament (KE) Nru 746/2008 — Adozzjoni ta’ miżuri ta’ eradizzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement — Prinċipju ta’ prekawzjoni )

    ĠU C 311, 22.10.2011, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-257/07) (1)

    (Saħħa tal-annimali - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Protezzjoni kontra l-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered - Ngħaġ u Mogħoż - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Adozzjoni ta’ miżuri ta’ eradizzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement - Prinċipju ta’ prekawzjoni)

    2011/C 311/58

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli-Surrans u A.-L. During, sussegwentement minn E. Belliard, G. de Bergues, R. Loosli-Surrans u B. Cabouat, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Nolin, aġent)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn I. Rao u C. Gibbs, sussegwentment minn I. Rao u L. Seeboruth, u fl-aħħar nett minn L. Seeboruth u F. Penlington, aġenti assisti minn T. Ward, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), sa fejn jawtorizza miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement għall-merħliet ta’ ngħaġ u mogħoż.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea għall-proċedura prinċipali u għall-proċeduri għall-miżuri provviżorji.

    (3)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


    Top