EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0256

Kawża T-256/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 23 ta' Ottubru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ( Politika barranija u ta' sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar ta' fondi — Rikors għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Motivazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju )

ĠU C 313, 6.12.2008, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — People's Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-256/07) (1)

(“Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Motivazzjoni - Stħarriġ ġudizzjarju’)

(2008/C 313/56)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: People's Mojahedin Organization of Iran (Auvers-sur-Oise, Franza) (rappreżentanti: J.-P.Spitzer, avukat, u D. Vaughan, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment V. Jackson u T. Harris, imbagħad V. Jackson, aġenti, assistiti minn S. Lee u M. Gray, barristers); Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert u J. Aquilina, imbagħad S. Boelaert, P. Aalto u P. van Nuffel, aġenti); u Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: M. de Grave u Y. de Vries, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat inkwantu jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE.

2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta' Diċembru 2007, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445, u l-punt 2.19 tal-lista li tidher fl-anness ta' din id-deċiżjoni, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lill-People's Mojahedin Organization of Iran.

3)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat inkwantu jitlob l-annullament ta' dispożizzjonijiet oħra tad-Deċiżjoni 2007/868, sa fejn dawn jikkonċernaw lill-People's Mojahedin Organization of Iran.

4)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, il-Kunsill huwa kkundannat għall-ħlas ta' terz tal-ispejjeż tal-People's Mojahedin Organization of Iran.

5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, il-Kummissjoni u r-Renju tal-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


Top