EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0243

Kawża T-243/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Marzu 2012 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni ( “Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom — Għan imfittex minn dispożizzjoni ta’ dritt primarju — Deċiżjoni 2007/361/KE” )

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/07) (1)

(Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Att ta’ Adeżjoni tal-2003 - Determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom - Għan imfittex minn dispożizzjoni ta’ dritt primarju - Deċiżjoni 2007/361/KE)

(2012/C 138/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment E. Ośniecka-Tamecka, sussegwentement T. Nowakowski, sussegwentement M. Dowgielewicz, u fl-aħħar nett M. Szpunar, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Szmytkowska, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Krasuckaitė, aġenti); u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: inizjalment J. Čorba, sussegwentement B. Ricziová u M. Kianička, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138, p. 14), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika tal-Polonja.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika tal-Polonja.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.

(3)

Ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.


Top