EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0240

Kawża T-240/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-birra — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Prova tal-ksur — Aċċess għall-fajl — Multa — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Terminu raġonevoli” )

ĠU C 226, 30.7.2011, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Prova tal-ksur - Aċċess għall-fajl - Multa - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Terminu raġonevoli)

2011/C 226/46

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Heineken Nederland BV (Zoeterwoude, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Heineken NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: T. Ottervanger u M. de Jong, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet, S. Noë u A. Nijenhuis, sussegwentement minn A. Bouquet u S. Noë, aġenti, assistiti minn M. Slotboom, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 — Is-suq Olandiż tal-birra), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697 tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 — Is-suq Olandiż tal-birra), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat f’tali deċiżjoni li Heineken NV u Heineken Nederland BV ipparteċipaw fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra tal-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur “horeca” fil-Pajjiżi l-Baxxi.

(2)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Heineken u fuq Heineken Nederland fl-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni C(2007) 1697 huwa ta’ EUR 197 985 937,5.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Heineken u Heineken Nederland għandhom ibatu żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Heineken u ta’ Heineken Nederland.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.


Top