EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0234

Kawża T-234/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Settembru 2011 — Koninklijke Grolsch vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-birra — Deċiżjoni li tikkonstata ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 81 KE — Partecipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur ikkonstatat — Insuffiċjenza ta’ provi — Nuqqas ta’ motivazzjoni )

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Koninklijke Grolsch vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni li tikkonstata ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 81 KE - Partecipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur ikkonstatat - Insuffiċjenza ta’ provi - Nuqqas ta’ motivazzjoni)

2011/C 311/57

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Grolsch NV (Enschede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Biesheuvel u J. de Pree, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, S. Noë u A. Nijenhuis, aġenti, sussegwentement A. Bouquet u S. Noë, assistiti minn M. Slotboom, avukat)

Suġġett

Min-naħa, talba għall-annullament, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)1697 finali, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Koninklijke Grolsch NV.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.


Top