Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0191

Kawża T-191/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 25 ta’ Marzu 2009 — Anheuser-Busch vs UASI — Budějovický Budvar (BUDWEISER) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUDWEISER — Trade marks internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti BUDWEISER u Budweiser Budvar — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 )

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Anheuser-Busch vs UASI — Budějovický Budvar (BUDWEISER)

(Kawża T-191/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUDWEISER - Trade marks internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti BUDWEISER u Budweiser Budvar - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94”)

2009/C 113/69

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anheuser-Busch, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Budějovický Budvar, národní podnik (České Budějovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: K. Čermák, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2007 (Każ R 299/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Anheuser-Busch, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għall-ispejjeż tal-UASI u ta’ Budějovický Budvar, národní podnik


(1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


Top