Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0084

    Kawża T-84/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Frar 2013 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u nitrati tal-ammonja provenjenti mir-Russja — Talba għal reviżjoni ta’ skadenza ta’ miżuri — Talba għal reviżjoni interim — Ammissibbiltà — Valur normali — Prezz tal-esportazzjoni — Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009)” )

    ĠU C 101, 6.4.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill

    (Kawża T-84/07) (1)

    (Dumping - Importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u nitrati tal-ammonja provenjenti mir-Russja - Talba għal reviżjoni ta’ skadenza ta’ miżuri - Talba għal reviżjoni interim - Ammissibbiltà - Valur normali - Prezz tal-esportazzjoni - Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

    2013/C 101/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren u B. Evtimov, avukati, sussegwentement B. Evtimov u D. O’Keeffe, solicitor)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistit minn G. Berrisch, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti)

    Suġġett

    Rikors għall-annullament ippreżentat kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006, tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 200M, p. 470)

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 117, 26.05.2007


    Top