This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TA0067
Case T-67/07: Judgment of the Court of First Instance of 2 December 2008 — Ford Motor v OHIM (FUN) (Community trade mark — Application for Community word mark FUN — Absolute grounds for refusal — Lack of descriptive character — Article 7(1)(b) and (c) of Regulation (EC) No 40/94)
Kawża T-67/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta' karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )
Kawża T-67/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta' karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/26 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN)
(Kawża T-67/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 19/49)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz
Partijiet
Rikorrenti: Ford Motor Co. (Dearborn, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Ingerl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006-2) li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FUN bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006 2), hija annullata. |
2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |