Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0035

    Kawża T-35/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 23 ta' April 2008 — Leche Celta vs UASI — Celia (Celia) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Celia — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti CELTA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/24


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' April 2008 — Leche Celta vs UASI — Celia (Celia)

    (Kawża T-35/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Celia - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti CELTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 142/43)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Leche Celta, SL (Puentedeume, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, T. Villate Consonni u M. Tañez Manglano, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Celia SA (Craon, Franza) (rappreżentanti: D. Masson u F. de Castelnau, avukati)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-5 ta' Diċembru 2006 (Każ R 294/2006-4) relattiva għal proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Leche Celta, SL u Celia SA.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Leche Celta, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


    Top